Government Logo
Ministry for Rural Affairs and the Environment Ministry for Rural Affairs and the Environment Logo: Featuring Windmill with Fish, Leaf, Bird and Drop
Home | The Ministry | Laws & Treaties | Communications | Initiatives | Statistics | Fact File | Links | Downloads | Contact Us
* * *
* News *
* * *
* * *
 


Tibdil fil-Klima - Rizoluzzjoni approvat mill-Parlament – 15.01.2009

Illi l-Gvern Malti għandu  jpoġġi is-sebgha u tmenin (87) proposta mressqa mill-Kumitat ta’ Esperti maħtur mill-Gvern bħala parti mill-Abbozz ta’ Politika u Strateġija Nazzjonali biex tindirizza l-isfidi mill-bidla fil-klima u biex jitnaqssu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra, għall-konsultazzjoni pubblika;

Għaldaqstant il-Kamra tirrisolvi illi:

  • għandu jsir dibattitu dwar dan l-Abbozz tal-Istrateġija hekk kif jispiċċa l-proċess ta’ konsultazzjoni pubblika, u mhux aktar tard minn xahar mit-tmiem ta’ dan il-proċess;
  • wara dan id-dibattitu li jwassal għall-approvazzjoni tal-Abbozz tal-Istrateġija, titlob lill-Gvern sabiex iwettaq din l-istrateġija bl-aħjar mod possibli, inklużi miżuri amministrattivi  u /jew leġislattivi;
  • tħeġġeġ lill-Gvern sabiex ikompli jżid il-miżuri favur it-tnaqqis tal-gassijiet serra, bħal dawk introdotti fl-aħħar budget, fosthom inċentivi għall-użu ta’ apparat li jżid l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija bħalma huma lampi ``energy saving``, inċentivi fl-użu ta’ apparat li jiġġenera enerġija minn sorsi nodfa bħall-iskema tal-``photovoltaic panels`` u li fl-azzjoni tieghiu jirraeferma il-prinċipju li min iniġġeż iħallas bħal fil-każ tar-riforma fil-liċenzji tal-karozzi;
  • tifraħ lill-Gvern tas-sehem li ta fil-Kunsill Ewropew tal-11 u 12 ta’ Diċembru li għadda li wassal għall-għeluq tal-pakkett tal-miżuri li l-Istati Membri kollha, inkluż Malta, intrabtu li jwettqu fis-snin li ġejjin sabiex jonqsu b’20% l-emissjonijiet tas-CO2, tiżdied b’20% l-enerġija minn sorsi nodfa u tiżdied b’20% l-effiċjenza fil-konsum tal-enerġija; u
  • tiddaħħal fis-sistema parlamentari tagħna sistema ra' rappurtaġġ annwali mill-Gvern dwar xi jkun sar matul kull sena amministrattiva f'forma ta' Rapport Annwali tas-Sena (annual progress report) li mbagħad jiġi diskuss fil-Kamra nnifisha.
 
 
*
search
 
Forthcoming Events

Animal Ambulance for abandoned animals
24 hour free service - 21224001

Tree For You Campaign
Cempel fuq 22952333

*
*
 
 
Links
* *
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
   
 
Copyright 2004, Ministry for Rural Affairs and the Environment, Government of Malta * Web Design by Think Design