Laqgħa ta’ konsultazzjoni mal-Għaqdiet Volontarji Ambjentali - Appell għal kunsens wiesa’ dwar l-Istrateġija dwar it-Tibdil fil-Klima – 17.01.2009
Wara li nhar il-Ħamis li għadda ġie mniehdi pubblikament u mqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra tar-Rapprezentanti l-Abbozz ta’ Strateġija dwar kif Malta għandha tnaqqas l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, ngħata bidu għall-proċess ta’ konsultazzjoni pubblika ta’ tmien ġimgħat.
Dan il-proċess tkompla dalgħodu b’laqgħa li l-Kumitat ta’ Esperti mwaqqaf mill-Gvern kellu ma’ rapprezentanti mill-Għaqdiet Volontarji Ambjentali. Għal din il-laqgħa attenda wkoll il-Ministru għar-Rizorsi u l-Affarijiet Rurali George Pullicino. Matul il-laqgħa saret prezentazzjoni miċ-Chairman tal-Kumitat David Spiteri Gingell u wara kien hemm diskussjoni miftuħa u skambju ta’ idejat.
Fl-intervent tiegħu l-Ministru Pullicino qal li l-Gvern minn issa qabel ma tintemm l-konsultazzjoni pubblika qed jibda jħejji għall-implimetnazzjoni tal-Istrateġija wara li din tkun diskussa fil-Parlament. Bħala ezempju hu semma r-rakkomandazzjoni għat-twaqqif ta’ Unit fil-Ministeru tar-Rizorsi u l-Affarijeit Rurali li jkollha l-għan li tmexxi u li tizgura li l-għanijiet tal-istrateġija u qal li minn issa l-Gvern beda jiddiskuti l-istruttura ta’ din l-entita’.
Il-Ministru Pullicino saħaq fuq l-importanza li din l-Istrateġija tikseb kunsens mill-aktar wiesa’ għax qal lid an jiffaċilita’ l-implimentazzjoni tagħha. Hu fakkar kif fil-passat il-Gvern għadda minn ċirkustanzi fejn kellu strateġiji maqbula u xorta sab kull tip ta’ oppozizzjoni meta wasal fil-fazi ta’ implimentazzjoni u appella għal maturita’ ta’ kulħadd biex dan ma jerġax iseħħ. Hu qal li jekk Malta tfalli fl-għanijiet ta’ din l-Istrateġija, l-piz ikollu jinġarr minn kulħadd għaliex Malta hi marbuta li tilħaq ċerti miri stabbiliti.
Il-Ministru George Pullicino qal li l-miri li għandha quddiemha Malta huma ambizzjuzi u jirrikjedu deċizjonijiet iebsin. Hu qal li l-Gvern diġa investa u ħadem u jidher li fil-qasam tal-enerġija għandna nilħqu l-miri stabbiliti, pero zied jgħid li għad baqa’ aktar xi jsir, speċjalment f’oqsma bħalma huma l-immaniġġjar tal-iskart, it-trasport u l-agrikoltura.
Il-Ministru Pullicino qal li l-Gvern mhuwiex qed jeskludi li jilleġizla fuq din l-Istrateġija, jew fuq partijeit minnha, pero l-pozizzjoni tal-Gvern, u anke tal-Kumitat hi, li l-ewwel għandu jkollok il-miri preċizi u wara ssir diskussjoni dwar l-aħjar mod ta’ kif għandhom jintlaħqu. Hu semma l-ezempju tar-Renju Unit fejn l-ewwel kellhom Kumitat li pprezenta rakkomandazzjonijiet qabel ma ddeċidew li jmorru biex jilleġizlaw. Pullicino fakkar ukoll kif ir-realta’ legali f’Malta hija kemmxejn differenti minn dik Ingliza għalkemm insista li l-Gvern huwa kommess li jevalwa kull proposta li se ssir matul il-perjodu ta’ konsultazzjoni pubblika.
Il-Ministru Pullicino fakkar kif il-Gvern fil-Parlament diġa intrabat li jsir dibatittu u li tiddaħħal fis-sistema parlamentari tagħna sistema ta' rappurtaġġ annwali mill-Gvern dwar xi jkun sar matul kull sena amministrattiva li mbagħad jiġi diskuss fil-Kamra nnifisha. Dan minbarra l-obbligi li Malta għandha bħala membru tal-Unjoni Ewropea li jfisser ukoll rappurtaġġ annwali fuq ċertu oqsma.
George Pullicino zied jgħid li l-Gvern Malta ma jiddejjaqx iqiegħed obbligi fuqu u fakkar kif fil-laqgħa tan-Nazzjonijiet Uniti li saret f’Poznan ix-xahar li għadda, Malta, volontarjament għazlet li tidħol għal responsabbiltajiet ġodda billi tieħu status ta’ pajjiz hekk imsejjaħ tal-Annex 1.
Il-Ministru Pullicino temm billi rringrazzja lill-membri tal-Kumitat tax-xogħol tagħhom kif ukoll lill-membri tal-Għaqdiet Ambjentali li laqgħu l-istedina u pparteċipaw fil-laqgħa.
Ir-rapport tal-Kumitat ta’ Esperti jista’ jiġi mnizzel mis-sit www.climatechange.gov.mt u jistgħu jintbagħtu wkoll kummenti mill-istess sit. Barra minn hekk, ir-rapport jista’ wkoll jinkiseb kemm hardcopy kif ukoll softcopy billi wieħed iċempel fuq 22952000. |