Il-Ministru George Pullicino, niehda l-ewwel pakett ta’ miżuri mil-fond Ewropew għas-Sajd li fih total ta’ €11-il miljun. L-ewwel miżuri li jammontaw għal-għajnuna finanzjarja ta’ ‘l fuq minn €1.5 miljun, jinkludu fost oħrajn għajnuniet għal min jgħażel li jirtira u għal daqstant jingħata għajnuna għal tkissir tal-bastiment tas-sajd tiegħu kif ukoll għajnuniet sabiex ikompli l-imodernizzar tal-flotta tas-sajd eżistenti.
Għaldaqstant minn nhar it-Tnejn is-sajjieda se jkunu jistgħu jibdew jiksbu l-applikazzjonijiet sabiex jibbenifikaw minn dawn l-iskemi minghand il-koperattivi taghhom. Fost l-azzjonijiet li se jibbenfikaw mill-iskema ta’ investiment abbord bastimenti tas-sajd, s-settur se jgawdi minn: Titjib fis-sigurtà abbord; Titjib fil-kwalità tal-prodott; Titjib fis-selettività t’irkaptu tas-sajd u metodi tas-sajd; u Titjib fl-effiċjenza tal-enerġija fost oħrajn.
Il-Ministru Pullicino saħaq li dawn l-iskemi imħabbra llum huma frott konsultazzjoni li saret maż-żewġ koperattivi tas-Sajd li għandna f’pajjiżna. Hu rringrazzja liż-żewġ koperattivi tal-impenn tagħhom sabiex flimkien jinkiseb l-aħjar għas-sajjieda.












