Government Logo
Ministry for Rural Affairs and the Environment Ministry for Rural Affairs and the Environment Logo: Featuring Windmill with Fish, Leaf, Bird and Drop
Home | The Ministry | Laws & Treaties | Initiatives | Statistics | Fact File | Links | Downloads | Contact Us
Press Releases | Archived Press Releases | News | Archived News | Speeches | Opinion Point | Photo Archive
* * *
* Communications * » News *
* * *
* * *
 
Proġett ta' tisbiħ fil-Mosta
*
 

Date: 09/04/2010

Proġett ta' tisbiħ fil-Mosta
*
Image Decoration
*
Il-Ministru George Pullicino żar ix-xogħlijiet ta’ tisbiħ li qed isiru fuq iz-zuntier tal-Mosta. Ix-xogħol ta’ tranġar tal-ħitan taz-zuntier tal-knisja li jinkludu wkoll xogħol sabieħ tal-ħadid, qed issir skond id-disinji oriġinali tal-Perit Giorgio Grognet de Vasse, li lesta din il-Knisja Arċipretali tal-Mosta fl- 1860.

Dan ix-xogħol li qed issir mill-ħaddiema tat-Taqsima tax-Xogħlijiet fil-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali, jirrikjedi ħaddiema tas-sengħa minħabba li d-disinn tal-parapett huwa tond u kull biċċa minnu għandu kurvatura differenti.

Bħala parti minn dan il-proġett ta’ tisbiħ se jiġu nstallati wkoll żewġ Sicilian fountains taħt iz-zuntier. Dawn il-funtani ser jitpoġġew ukoll fl-istess post li kien destinat għalihom, u kif kienu fil-ħsieb oriġinali tal-Perit Georgio Grongnet fil-pjanti oriġinali tiegħu għal proġett tal-Knisja tal-Mosta.

Dan il-progett tal-Gvern fil-Mosta qed isir b’investiment ta’ €200,000. Il-Knisja ser tkun qed tiffinanzja parti mill-ispiża. Dan il-proġett ser ikompli jsebbaħ din iż-żona li għandha valur storiku, kulturali u li tiġbed lejha ħafna turisti li jżuru pajjiżna.
   
 


 
*
search
 
Forthcoming Events

Animal Ambulance for abandoned animals
24 hour free service - 21224001

Tree For You Campaign
Cempel fuq 22952333

*
*
 
 
Links
* *
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
   
 
Copyright 2004, Ministry for Rural Affairs and the Environment, Government of Malta * Web Design by Think Design