Government Logo
Ministry for Rural Affairs and the Environment Ministry for Rural Affairs and the Environment Logo: Featuring Windmill with Fish, Leaf, Bird and Drop
Home | The Ministry | Laws & Treaties | Initiatives | Statistics | Fact File | Links | Downloads | Contact Us
Press Releases | Archived Press Releases | News | Archived News | Speeches | Opinion Point | Photo Archive
* * *
* Communications * » News *
* * *
* * *
 
Il-kelliem għal-opposizzjoni għal-agrikoltura Dr Joseph Sammut wera li ma jafx x’qed jiġri b’rabta mal-attiviatijiet agrikoli
*
 

Date: 29/06/2010

Mnarja 2010
*
Image Decoration
*
Il-kelliem għal-opposizzjoni għal-agrikoltura Dr Joseph Sammut bl-istqarrija tiegħu maħruġa llum fil-festa tal-Imnarja, żelaq fin-niexef filwaqt li wera li ma jafx x’qed jiġri b’rabta mal-attiviatijiet agrikoli li qed ikunu organizzati madwar il-pajjiż.

Minkejja l-fatt li l-festa tal-Mnarja m’għadiex l-unika okkażjoni fejn titTella wirja agrikola, din is-sena xorta reġħet rat follol kbar ta’ nies li pparteċipaw u li ddivertew bl-attrazzjonijiet li din il-festa tradizzjonali toffri. Il-festa agrikola tradizjonali tal-Imnarja baqgħet popolari fost il-poplu minkeja li kienet tneħħiet minn festa pubblika minn Gvern Laburista. Jekk il-Kelliem tal-Oppozizzjoni żar il-Festa tal-Imnarja fil-Buskett kien jara wkoll parteċipazzjoni bi stands informattivi ta’ 19-il-pajjiż minn Madwar l-Unjoni Ewropea li qegħdin Malta sabiex jipparteċipaw f’Konferenza li qed issir għal-ewwel darba f’Malta tan-Network Rurali Ewropew organizzata mill-Unjoni Ewropea.

Eżattament sentejn ilu l-Gvern beda l-kampanja Naturalment Malti sabiex jipromwovi l-prodott frisk u ġenwin lokali. Din il-kampanja fost attivitajiet oħra b’mod regolari ttella’ festi agrikoli f’Bliet u Rħula differenti. Sa issa f’sentejn saru mat-12- il festa b’temi differenti fosthom il-festa tal-majjal, tat-tonn, tal-ħalib u tal-għasel fost l-oħrajn. Il-Gvern jinnota b’sodisfazzjon ukoll li kemm ilhom li bdew dawn il-festi, żdiedu madwar il-pajjiż dawn l-attivatijiet agrikoli. L-attivatijiet li jsiru kemm mil-kunsilli lokali kif ukoll mil-assocjazzjonijiet tal-bdiewa fost ohrajn dejjem isibu l-appoġġ tal-Gvern. Il-Kelliem tal-Opposizzjoni l-Onor Sammut imissu jaf li l-Gvern waqqaf skema biex jgħin attivitajiet kulturali marbutin mal-identita’ tal-irħula madwar Malta u Għawdex u li minn din l-għajnuna qed jittellgħu bosta attivitajiet agrikoli.

Il-fiduċja fis-settur m’hix biss espressa mill-gvern u l-inizjattivi kontinwi li jieħu favur il-bdiewa u r-raħħala iżda wkoll mis-settur innifsu. Din is-sena biss il-bdiewa u r-raħħala qed jitfgħu fl-ekonomija madwar €40 miljun ewro f’xogħlijiet ta’ mmodernizzar ta’ azjendi agrikoli. Dan qed issir għax mat-300 bidwi u raħħal qed jibbenefikaw minn skema ta’ għajnuna taħt il-programm tal-iżvillupp Rurali tal-Unjoni Ewropea li qed toffrilhom nofs l-ispejjeż b’investiment fis-settur ta’ €19 miljun. Dan juri kif hemm espressjoni ta’ fiduċja mis-settur fis-settur innifsu.

Għalhekk din l-istqarija tal-Onor Sammut f’din il-festa tal-Imnarja turi kemm L-Onor Sammut hu maqtugħ mir-realtajiet tas-settur. Id-dikjarazzjoniet tal-kelliem tal-Opposizzjoni sa issa anki fuq il-miżuri li qed jieħu l-gvern dwar l-estrazzjoni tal-ilma jikkontradixxu l-posizzjonijiet li ħadu kelliema oħra tal-Partit Laburista. Dan juri li mhux biss il-Kelliem tal-Opposizzjoni hu maqtugħ mis-settur iżda wkoll maqtugh mil-partit laburista stess.
   
 


 
*
search
 
Forthcoming Events

Animal Ambulance for abandoned animals
24 hour free service - 21224001

Tree For You Campaign
Cempel fuq 22952333

*
*
 
 
Links
* *
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
   
 
Copyright 2004, Ministry for Rural Affairs and the Environment, Government of Malta * Web Design by Think Design