Government Logo
Ministry for Rural Affairs and the Environment Ministry for Rural Affairs and the Environment Logo: Featuring Windmill with Fish, Leaf, Bird and Drop
Home | The Ministry | Laws & Treaties | Initiatives | Statistics | Fact File | Links | Downloads | Contact Us
Press Releases | Archived Press Releases | News | Archived News | Speeches | Opinion Point | Photo Archive
* * *
* Communications * » News *
* * *
* * *
 
B’reazzjoni għal-istqarrija tal-Onor Sammut
*
 

Date: 20/07/2010

B’reazzjoni għal-istqarrija tal-Onor Sammut
*
Image Decoration
*
Il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali jinnota b’sodisfazzjon li l-Opposizzjoni qed taqbel mal-posizzjoni tal-Gvern li jintroduċi suq fejn il-bdiewa jbiegħu dirett lill-konsumaturi. Madanakollu l-Ministeru jrid jiċċara li dawn il-miżuri li qed jieħu l-Gvern favur il-bdiewa mhux qed jissostitwixxu r-riforma bżonjuża li trid issir fil-Pitkalija.

Kif intqal diversi drabi anki publikament, ir-riforma tal-pitkalija qed issir b’konsultazzjoni mal-għaqdiet tal-bdiewa u mal-partijiet konċernati. il -Gvern qed janalizza l-proposti u fil-ġimgħat li ġejjin se jkun qed iressaq il-proposta finali għar-riforma fil-pitkalija. Il-Gvern ifakkar ukoll li din is-sena ġew allokati €300,000 għat-titjib fl-infrastruttura tal-Pitkalija biex intejbu l-kundizzjoni tax-xogħol ta’ min jaħdem hemm filwaqt li niżguraw standards ogħla għall prodotti li jgħaddu minn dak is-suq;

Permezz ta’ din l-iniżjattiva li biha l-bidwi jbigħ dirett lill-konsumatur ikun qed jiffranka l-kummisjoni li jkollu jħallas normalment meta jbigħ l-prodott tiegħu fil-pitkalija. Vantaġġ ieħor ta’ din is-sistema hi li l-bidwi stess ifassal il-prezz tal-prodott tiegħu. Dan jirriżulta f’aktar qligħ lil bidwi milli kieku kellu jingħada s-sussidju fuq il-prodott.

Bil-miżuri li l-Gvern kontinwament qed jieħu favur il-bdiewa u l-familji tagħhom, qed jesprimi fiduċja fis-settur. Din il-fiduċja issa trid tkun ukoll espressa mil-bdiewa stess fihom infushom, billi jipparteċipaw f’dan l-inizjattiva li se tkun fuq bażi volontarja. Din l-esperjenza ġdida se tlaqqa’ aktar mill-viċin ix-xogħol tal-bidwi mad-domanda tal-konsumatur. Dan iwassal biex il-bidwi jatrezza ruħu u jifhem aħjar l-għażliet tal-konsumantur fl-għażla ta’ prodott frisk, ġenwin u ta’ kwalita li jkun offrut bi prezzijiet aktar kompetittivi.
   
 


 
*
search
 
Forthcoming Events

Animal Ambulance for abandoned animals
24 hour free service - 21224001

Tree For You Campaign
Cempel fuq 22952333

*
*
 
 
Links
* *
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
   
 
Copyright 2004, Ministry for Rural Affairs and the Environment, Government of Malta * Web Design by Think Design