Government Logo
Ministry for Rural Affairs and the Environment Ministry for Rural Affairs and the Environment Logo: Featuring Windmill with Fish, Leaf, Bird and Drop
Home | The Ministry | Laws & Treaties | Initiatives | Statistics | Fact File | Links | Downloads | Contact Us
Press Releases | Archived Press Releases | News | Archived News | Speeches | Opinion Point | Photo Archive
* * *
* Communications * » News *
* * *
* * *
 
Introduzzjoni ta' Feed-In-Tariff biex tinċentiva sistemi ta' enerġija li tiġġedded
*
 

Date: 21/07/2010

Introduzzjoni ta' Feed-In-Tariff biex tinċentiva sistemi ta' enerġija li tiġġedded
*
Image Decoration
*
• Bl-għajnuna fuq xiri ta’ PV u l-feed in tarrif iġġib lura l-ispiża fi żmien 8 snin

• Familji f’Malta li jagħmlu PV se jitħallsu €0.25 għal kull unit li jipproduċu filwaqt li huma jħallsu €0.16,1 għall-ewwel 2,000 unit. F’Għawdex il-feed-in tariff hi aktar vantaġġjuża – il-familji jitħallsu €0.28 għal kull unit.


Bl-iskop li aktar familji, sidien ta’ ħwienet u negozji żgħar u medji, is-setturi kumerċjali u industrijali, u istituzzjonijiet oħra jkunu mħajra jinvestu aktar f’sistemi ta’ enerġija li tiġġedded, il-Gvern qed iħabbar skema ta’ feed-in tariff għall-elettriku iġġenerat minn sistemi fotovoltajiċi. B’din l-iskema qed tkun stabbilita rata għal kull unit ta’ enerġija ġġenerat mill-pannelli fotovoltajċi.

Permezz ta’ din l-iskema, min jinstalla pannelli fotovoltajċi, li tkun mqabbda direttament mad-distribuzzjoni tal-elettriku, jibbenefika minn feed-in tariff.

F’każ ta’ familji li jgħixu fi djar f’Malta, il-feed-in tariff se tkun ta’ €0.25 għal kull kWh, jiġifieri għal kull unit, ta’ elettriku li jkun iġġenerat u mibjugħ lill-Enemalta għal perjodu garantit ta’ tmien snin.

Permezz ta’ din l-inizjattiva tal-feed-in tariff, persuna li tkun gawdiet ukoll mill-iskema ta’ 50% għajnuna għal xiri ta’ PV, issa tifdi l-investiment tal-PV fi żmien 8 snin. B’hekk ix-xiri ta’ panelli fotovoltajiċi jkun aktar attraenti mal-konsumaturi.

Għall-familji f’Għawdex, il-feed-in tariff se tkun ta’ €0.28 għal kull unit ta’ elettriku li jkun iġġenerat u mibjugħ lill-Enemalta għal perjodu garantit ta’ tmien snin. L-Għawdxin se jkunu qed igawdu minn feeed-in tariff aktar vantaġġjuża fid-dawl tal-vizjoni tal-Gvern li Għawdex tiġi zviluppata bħala gżira ekoloġika. Kull familja f’Għawdex tista’ tibbenefika wkoll minn €560 biex tagħmel solar water heater u ssaħħan l-ilma permezz tax-xemx.

It-tariffa applikabbli għal installazzjonijiet f’negozji u postijiet kummerċjali se tkun ta’ €0.20 għal kull unit ta’ elettriku li jiġi ġġenerat u mibjugħ lill-Enemalta għal perjodu garantit ta’ seba’ snin.

Feed in tariff ghal kull unit, li titħallas lill-klijenti li jaghmlu PV, Tariffa li titħallas mill-klijenti lill-EneMalta ghal kull unit Installazzjoni massima fil-propjetà
Familji f’Malta €0.25 €0.16c1, għall-ewwel 2,000 unit 3kW
Familji f’Għawdex €0.28 €0.16c1 għall-ewwel 2,000 unit 3kW
Negozji, ħwienet u setturi kummerċjali, bħalma huma kumpaniji, fabbriki, restoranti u lukandi €0.20 €0.16c2 għall-ewwel 2,000 unit 100kW


Fil-każ ta’ pannelli fotovoltajċi nstallati fuq proprjetà residenzjali, il-feed-in tariff se tkun applikabbli sa massimu ta’ 3kW għal kull kont residenzjali. Fil-każ ta’ installazzjonijiet f’negozji jew postijiet kummerċjali, id-daqs tal-istallazzjoni trid tkun sa 100kW biex tikkwalifika għal din il-feed in tariff. F’każ ta’ installazzjonijiet akbar minn dawk imsemmija hawn fuq, l-investituri jkunu meħtieġa japplikaw għal ftehim separat, u fost l-oħrajn se jkunu mitluba jippreżentaw Business Plan dettaljat u li jkun soġġett għall-approvazzjoni.

Il-massimu ta’ installazzjonijiet li jistgħu jiġu aċċettati taħt l-iskema għal din l-ewwel sena se jkun ta’ 7.5 MW. Il-massimu ta’ installazjonijiet ġodda aċċettati minn sena għall-oħra jista’ jinbidel skont il-miri u prijoritajiet tal-Gvern.

Min diġà għandu sistema ta’ pannelli fotovoltajċi nstallata u bħalissa qiegħed fuq is-sistema ta’ net metering se jkollu għażla jaqleb għas-sistema tal-feed-in tariff. F’dawn il-każi l-perjodu garantit ta’ feed in tariff se jkun il-perjodu applikabbli għal sistemi ġodda iżda bit-tnaqqis tal-ammont ta’ snin fejn l-applikant diġà bbenefika mis-sistema ta’ net metering.

Din hija inizjattiva konkreta oħra sabiex pajjiżna jilħaq il-mira ta’ 10% tal-enerġija tiegħu minn enerġija li tiġġedded. L-impenn tal-Gvern hu li dawn il-miri jintlaħqu, filwaqt li jitnaqqsu l-emmissjonijiet tal-gassijiet serra u b’hekk ingawdu minn livell ta’ saħħa aħjar u arja aktar nadifa.

Aktar dettalji ta’ kif titħaddem l-iskema jitħabbru fl-Avviż Legali li ser jkun pubblikat fil-jiem li ġejjin u li jirregola din l-iskema. Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jċempel lil Awtorita’ ta’ Malta dwar ir-Riżorsi fuq in-numru 22955151 waqt il-ħinijiet tal-uffiċċju.
   
 


 
*
search
 
Forthcoming Events

Animal Ambulance for abandoned animals
24 hour free service - 21224001

Tree For You Campaign
Cempel fuq 22952333

*
*
 
 
Links
* *
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
   
 
Copyright 2004, Ministry for Rural Affairs and the Environment, Government of Malta * Web Design by Think Design