Government Logo
Ministry for Rural Affairs and the Environment Ministry for Rural Affairs and the Environment Logo: Featuring Windmill with Fish, Leaf, Bird and Drop
Home | The Ministry | Laws & Treaties | Initiatives | Statistics | Fact File | Links | Downloads | Contact Us
Press Releases | Archived Press Releases | News | Archived News | Speeches | Opinion Point | Photo Archive
* * *
* Communications * » Press Releases *
* * *
* * *
 
Aktar bozoz energy saving b'xejn lil residenzi fejn jgħixu aktar minn għaxar persuni
 
Date: 20/10/2009

Il-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali, l-Onor. George Pullicino, ħabbar waqt żjara li għamel fid-Dar għat-Tfal f’Tas-Sliema, immexxija mis-Sorijiet tal-Ursolini, li d-djar fejn joqgħodu aktar minn għaxar persuni, nklużi djar immexxija fuq bażi volontarja bħal istituti u kunventi fost oħrajn, se jingħataw allokazzjoni akbar ta’ bozoz energy saving b’xejn.

Il-Gvern, konxju mill-bżonnijiet ta’ dawn l-organizzazzjonijiet, ħass li jkun opportun li jsir aġġustament biex dawn id-djar jingħatawlhom vouchers addizzjonali li jintitolawhom għal vouchers ta’ għaxar bozoz għal kull għaxar residenti f’dar partikolari.

Il-Ministru George Pullicino sostna li l-Gvern ħass li għandu jaġġusta din l-iskema biex tkompli tiżdiet l-għajnuna ħalli jitnaqqas il-konsum tal-enerġija u jitħares l-ambjent.

Originarjament permezz tan-Notifika tal-Gvern, pubblikata f’Marzu ta’ din is-sena, ħafna minn dawn id-djar ingħataw l-allokazzjoni massima ta’ 10 bozoz, l-istess ammont li rċevew familji li jikkonsistu f’familja ta’ ħames persuni jew aktar.

Jakkumpanja lill-Ministru Pullicino fiż-żjara tiegħu kien hemm ukoll s-Sur Anthony Rizzo, Chief Executive tal-Awtorita’ Maltija ghar-Rizorsi.

L-iskema tal-bozoz energy saving tagħlaq fil-31 ta’ Ottubru, 2009. Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jċempel fuq Freephone 80072212.
 

 
*
search
 
Forthcoming Events

Animal Ambulance for abandoned animals
24 hour free service - 21224001

Tree For You Campaign
Cempel fuq 22952333

*
*
 
 
Links
* *
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
   
 
Copyright 2004, Ministry for Rural Affairs and the Environment, Government of Malta * Web Design by Think Design