Government Logo
Ministry for Rural Affairs and the Environment Ministry for Rural Affairs and the Environment Logo: Featuring Windmill with Fish, Leaf, Bird and Drop
Home | The Ministry | Laws & Treaties | Initiatives | Statistics | Fact File | Links | Downloads | Contact Us
Press Releases | Archived Press Releases | News | Archived News | Speeches | Opinion Point | Photo Archive
* * *
* Communications * » Press Releases *
* * *
* * *
 
Għal Ambjent sostenibbli f'San Ġwann
 
Date: 10/11/2009

Il-mira tal-Kunsill Lokali hi li l-iskart separat ikun żdied b’ħames darbiet bejn l-2008 u l-2010

B’sens ta’ responsabilità lejn komunità sostenibbli, l-Kunsill Lokali San Ġwann nieda l-istrateġija tiegħu għal ambjent sostenibbli. Dan billi llum introduċa waħda minn diversi inizjattivi relatati mat-tnaqqis ta’ skart imħallat mil-lokalità tiegħu. Il-Kunsill Lokali qiegħed jingħaqad mal-GreenMT, kumpanija sussidjarja tal-GRTU, sabiex jegħleb dawn l-isfidi.

Waqt din l-attività, l-Onor. Chris Said, Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni qal li l-Gvern qed jikkollabora mal-Kunsilli Lokali biex dawn jaħdmu dwar separazzjoni u riċiklaġġ tal-iskart. Il-Gvern qiegħed jinċentiva lill-Kunsilli Lokali biex jarmu inqas skart fil-miżbla tal-Għallis u b’hekk jibqalhom iktar fondi minn dawk li jkun għaddielhom il-Gvern għar-rimi tal-iskart biex jintużaw fi proġetti ta’ tisbiħ fil-lokalità. Abbinata ma’ din hemm ukoll inizjattiva biex trebbaħ €60,000 fi premjijiet għal l-aktar Kunsilli Lokali li jsebbħu l-ambjent tal-lokalità.

L-Onor. Chris Said irrimarka li l-budget għall-Kunsilli Lokali ra żieda oħra sostanzjali għax il-Gvern irid jgħaddi l-għodda neċessarja biex dawn ikunu jistgħu jagħtu l-aqwa servizz lir-residenti. L-allokazzjoni wara li għas-sena 2009 kienet żdiedet minn €24 miljun għal €28 miljun (zieda ta' aktar minn 17%) issa din ser terġa’ tiżdied bi €3.5 miljun oħra biex b'hekk, f'sentejn ser ikun hemm zieda ta' €7.5 miljun.

Għal din l-attivita’ kien preżenti wkoll il-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali, l-Onor. George Pullicino li filwaqt li faħħar din l-inizjattiva, semma kif f’San Gwann din is-sena, permezz tal-iskema ’Irriċikla t-Tlieta’, qiegħed jinġabar aktar skart minn dak li nġabar tul is-sena l-oħra.

Huwa żied jgħid li l-lokalita’ ta’ San Gwann għal dawn l-aħħar snin kellha biss 3 Bring in Sites meta suppost li kella 10, sabiex ir-residenti jkollhom bizzejjed faċilitajiet biex jisseparaw l-iskart. Issa permezz ta’ dan il-ftehim, din il-lokalita’ se tkun qed ittella’ l-ammont ta’ Bring in-sites għal 12. Din il-miżura flimkien mal-fatt li l-borża l-griża se tkun qed tinġabar minn wara l-bibien tar-residenti darbtejn fil-ġimgħa, se tgħin biex ikomplu jiżdiedu l-ammonti ta’ skart isseparat miġbur minn din il-lokalita’.

Fl-2008, San Ġwann iġġenera 7,200 tunellata ta’ skart li minnhom kienu biss 110 tunellati ta’ skart li ġie sseparat, jew 2.1 tunellati fil-ġimgħa. Sa Ottubru, 2009, kienu diġà nġabru 165 tunellati ta’ skart separat, jew 3.8 tunellati fil-ġimgħa, żieda sostanzjali ta’ 80% fuq is-sena ta’ qabel.

Filwaqt li l-Kunsill jemmen li kull persuna għandha tagħmel l-aħjar biex tirriduċi, tirriċikla u tnaqqas l-iskart, jara li l-istrateġija tiegħu se twassal sabiex tintlaħaq il-mira li l-ammont ta’ skart separat fl-2010 tlaħħaq għal 556 tunellati, jew 10.7 tunellati fil-ġimgħa. Dan ikun ifisser li l-iskart separat minn San Ġwann ikun żdied b’ħames darbiet bejn l-2008 u l-2010.

F’din l-istrateġija jrid ikun hemm armonija bejn it-13,000 resident flimkien mat-360 stabbiliment kummerċjali, diversi uffiċini u l-eluf ta’ persuni li jżuru u jgħaddu mil-lokalità ta’ San Ġwann kuljum.

L-ewwel passi f’din id-direzzjoni se jittieħdu permezz ta’ numru ta’ inizjattivi, fosthom li l-ammont ta’ skips jitla’ għal 25 mit-tlieta li hemm bħalissa b’effett immedjat. Darbtejn fil-ġimgħa se jibda jinġabar l-iskart separat bieb bieb minn Jannar 2010, minflok id-darba kif inhi s-sistema preżenti. L-iskart imħallat se jibda jinġabar erba’ darbiet fil-ġimgħa minn Frar 2010 minflok sitt darbiet f’parti mil-lokalità u bil-kumplament minn skips ta’ skart imħallat.

Se ssir kampanja edukattiva u informattiva intensiva sabiex ikun hemm għarfien mir-residenti tal-viżjoni tal-Kunsill, permess ta’ materjal stampat u żjarat fid-djar u l-istabilimenti kummerċjali. Aktar ‘il quddiem se jitħabbru skemi oħra bejn il-Kunsill Lokali u l-GreenMT li jinkludi l-ġbir ta’ skart goff u skart separat mill-entitajiet kummerċjali kif ukoll uffiċini.
 

 
*
search
 
Forthcoming Events

Animal Ambulance for abandoned animals
24 hour free service - 21224001

Tree For You Campaign
Cempel fuq 22952333

*
*
 
 
Links
* *
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
   
 
Copyright 2004, Ministry for Rural Affairs and the Environment, Government of Malta * Web Design by Think Design