 |
 |
 |
 |
Communications |
 |
 |
 |
 |
 |
 |
| |
Il-kawża tal-problema ġiet individwata u attribwita għal skart illegali fis-sistema.
|
|
Date:
11/11/2009
Waqt li dalgħodu kienu għaddejjin xi xogħlijiet fil-Marsa biswit il-Biċċerija, kienet irrapurtata ħsara fis-sistema tad-drenaġġ, preċiżament fil-fossa li qiegħda bejn Triq Troubridge u Triq il-Biċċerija.
Il-ħruġ ta’ drenaġġ kien jinkludi likwidu li joriġina mill-Biċċerija. Immedjatament ġiet infurmata l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u fi ftit minuti l-ħaddiema kienu fuq il-post u bdew jaħdmu biex ineħħu l-materjal li kien qed isodd is-sistema tad-dranaġġ. Ittieħdet ukoll azzjoni immedjata biex jitnaqqas il-volum ta’ ilma li kien għaddej mis-sistema tad-drenaġġ tal-Biċċerija u sar il-ħasil tat-toroq.
Il-kawża tal-problema ġiet individwata u attribwita għal skart illegali fis-sistema. Ta’ min jgħid illi l-Biċċerija għandha filtri apposta ħalli jsaffu l-ilma tal-ħasil tal-impjant u biċċiet solidi ma jsibux posthom fis-sistema tad-drenaġġ. Minkejja dan xorta waħda jidher illi għadda xi materjal illegali u mhux eskluż illi dan il-materjal intefa’ fis-sistema minn fejn qed isiru ix-xogħlijiet. Qed issir investigazzjoni interna, b’assistenza mit-tekniċi tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, ħalli jigu stabbiliti l-fatti.
Ta’ min jgħid illi l-iskart kollu mill-Biċċerija jmur fl-inċineratur għat-trattament, però l-ilma li jintuża għall-ħasil tal-impjant imur fid-dranaġġ.
It-tmexxija tal-Biċċerija tiskuża ruħha għal kull inkonvenjent li ġie kkawżat. |
|
|
|
| |
|
|
|
|
 |
 |
 |
|
|
|
 |
|
|
|
|