Government Logo
Ministry for Rural Affairs and the Environment Ministry for Rural Affairs and the Environment Logo: Featuring Windmill with Fish, Leaf, Bird and Drop
Home | The Ministry | Laws & Treaties | Initiatives | Statistics | Fact File | Links | Downloads | Contact Us
Press Releases | Archived Press Releases | News | Archived News | Speeches | Opinion Point | Photo Archive
* * *
* Communications * » Press Releases *
* * *
* * *
 
Iffirmat ftehim li se jwassal għal aktar opportunitajiet ta' taħriġ u xogħol
 
Date: 20/11/2009

Illum fil-preżenza tal-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali, l-Onor. George Pullicino ġie ffirmat ftehim bejn l-Universita’ ta’ Malta, il-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija (MCST) u l-Bord tal-Gvernaturi tal-Joint Research Centre tal-Unjoni Ewropea.

Dan il-ftehim, milħuq permezz ta’ kollaborazzjoni akbar bejn il-partijiet konċernati, qed joffri l-opportunita’ lill-istudenti fil-qasam tax-xjenza, isaħħu l-ħiliet tagħhom permezz ta’ aktar taħriġ ma’ istituzzjonijiet ewropej oħra, kif ukoll qed jiftaħ il-bibien għal opportunitajiet akbar ta’ riċerka fil-qasam tax-xjenza mhux biss f’pajjiżna, iżda barra minn xtutna li jwasslu għal ħolqien ta’ aktar impjiegi.

Dan sar waqt open day li ttellgħet illum fil-Lukanda Westin fejn fiha ġew esebiti ħafna mir-riżultat miksuba kemm ilu fis-seħħ il-Programm Nazzjonali għar-Riċerka u l-Innovazzjoni.

Waqt il-ftuħ ta’ din l-open day, il-Ministru għar-Riżorsu u l-Affarijiet Rurali, George Pullicino, filwaqt li rringrazzja lill-partijiet kollha ta’ dan il-ftehim milħuq, qal li l-Gvern jemmen li aktar investiment f’dan is-settur iwassal għal ħolqien ta’ aktar impjiegi ta’ kwalità. Huwa żied jgħid li fost id-diversi inizjattivi li tħabbru fil-budget għas-sena d-dieħla, l-Gvern qed jalloka €1.7 miljun għal aktar proġetti ta’ riċerka u żvilupp.

Il-Ministru Pullicino fakkar ukoll li l-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija (MCST) iffinanzja bejn is-snin 2004 u 2008, xejn anqas minn 29 proġett.

 

 
*
search
 
Forthcoming Events

Animal Ambulance for abandoned animals
24 hour free service - 21224001

Tree For You Campaign
Cempel fuq 22952333

*
*
 
 
Links
* *
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
   
 
Copyright 2004, Ministry for Rural Affairs and the Environment, Government of Malta * Web Design by Think Design