 |
 |
 |
 |
Communications |
 |
 |
 |
 |
 |
 |
| |
Imniedi proġett li se jwassal għal aktar taħriġ u opportunitajiet ta' xogħol
|
|
Date:
27/11/2009
Illum il-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali George Pullicino nieda l-proġett Care creats change in people’s lives and the environment iffinanzjat mill- fond Soċjali Ewropew (magħruf bħala ESF) għas-snin 2007 – 2013. Dan il-proġett ser ikun ibbażat fuq it-twemmin li għandna nieħdu ħsieb kemm lill-persuna kif ukoll lill-ambjent li ngħixu fih billi nieħdu l-miżuri neċessarji biex intejbu l-kwalità tal-ħajja ta’ kulħadd.
“Care Creates Change” ser jieħu xejra proattiva u ħolistika, u ser jiġbor elementi minn dixxiplini differenti sabiex jilħaq l-għan tiegħu, dak ta’ taħriġ u għajnuna lil persuni li b’mod jew ieħor jinsabu żvantaġġati mis-soċjetà. Għal dan il-proġett, WasteServ fil-fatt ser tingħata ko-finanzjament mill-Unjoni Ewropea ta’ madwar 1.2 miljun Ewro sabiex tipprodvi taħriġ lil 100 persuna żvantaġġati soċjalment, li huma persuni vittmi ta’ vjolenza domestika, ta’ vizzji, faqar u refuġjati. Dan il-proġett qed jitella’ bil-kollaborazzjoni ta’ diversi entitajiet stabbiliti lokalment, bħal MCAST, Maltese Mentoring Society, Il-Kummissjoni għall-Vjolenza Domestika, Mid-Dlam ghad-Dawl, Jesuit Refugee Service, S.A.T.U, il-Fondazzjoni OASI, Greenhouse and Nature Trust.
It-taħriġ ta’ dawn il-persuni ser jibda minn dak bażiku ħafna dwar skart, riċiklaġġ u l-użu għaqli tar-riżorsi, u anki jinkludi suġġetti ta’ natura personali bħal kif wieħed jieħu ħsieb il-finanzi tiegħu, il-komunikazzjoni u taħriġ fil-kompjuter. Il-kors jinkludi anki taħriġ fuq kif wieħed jerġa juża tipi ta’ skart speċifiċi biex joħloq prodotti ġodda u esperjenza prattika ta’ xogħol. Dan il-kors ser ikun iċċertifikat mill-MCAST, sabiex kull persuna li ser tagħmlu jkollha dokument li jikkonferma l-abbilità u l-esperjenza li tkun kisbet permezz tal-proġett.
Il-Ministru Pullicino sostna li dan il-proġett għandu jgħin mhux biss fit-taħriġ u fil-bini tal-persuni b’mod ħolistiku, iżda wkoll sabiex dawn ikunu jistgħu jagħmlu suċċess fil-qasam tax-xogħol. Dan hu element importanti fil-ħidma tal-Gvern, li jinħoloq aktar xogħol u jitjiebu l-ħiliet tal-ħaddiema permezz ta’ aktar tagħlim u taħriġ.
Ic-Chairman tal-Wasteserv Ben Farrugia sostna li din il-kumpanija minn dejjem kellha għal qalbha l-element soċjali u din mhijiex l-ewwel darba li qed jiġi mplimentat proġett ta’ din in-natura. Mill-fondi Ewropej 2004 – 2006, WasteServ ħarrġet grupp ta’ nies fl-immaniġġjar tal-iskart fejn dawn imbagħad kienu daru mal-50,000 dar f’Malta u Għawdex sabiex jispjegaw kif wieħed għandu jissepara l-iskart. Dan juri kemm WasteServ temmen fil-Corporate Social Responsibility, biex apparti li tgħin lil setturi inqas ixxurtjati tas-soċjetà tagħna, ikunu qegħdin ibiegħdu l-istigma li kultant ikollhom il-ħaddiema li jaħdmu fil-qasam tal-immaniġġjar tal-iskart. |
|
|
|
| |
|
|
|
|
 |
 |
 |
|
|
|
 |
|
|
|
|