Government Logo
Ministry for Rural Affairs and the Environment Ministry for Rural Affairs and the Environment Logo: Featuring Windmill with Fish, Leaf, Bird and Drop
Home | The Ministry | Laws & Treaties | Initiatives | Statistics | Fact File | Links | Downloads | Contact Us
Press Releases | Archived Press Releases | News | Archived News | Speeches | Opinion Point | Photo Archive
* * *
* Communications * » Press Releases *
* * *
* * *
 
Abbozzi ta’ Avviżi Legali dwar l-Eko Kontribuzzjoni
 
Date: 02/12/2009

B’riferenza għall-istqarrija maħruġa llum minn GreenPak, il-Gvern jinnota b’sodisfazzjon l-impenn muri mill-istess GreenPak li tirriforma l-organizzazzjoni tagħha ħalli tkun f’qagħda aħjar li tilħaq l-obbligi tal-kumpaniji li tirrappreżenta skond obbligi li ilhom fis-seħħ mill-2004.

Il-Gvern jisħaq li l-GreenPak, u skemi simili, għandu jkollhom l-għan ewlieni li jilħqu l-obbligi msejsa fuq il-prinċipju ta’ producer responsibility. Fl-istess waqt, il-Gvern ifakkar li kwalunkwe rifużjoni jew eżenzjoni għandha tkun biss konsekwenza tas-suċċess li jkollhom fil-ġbir tal-materjal li huma stess ikunu poġġew fis-suq.

L-abbozzi tal-Avviżi Legali li ġew ippublikati fl-10 ta’ Novembru 2009, u li għalihom tirreferi l-GreenPak huma dokumenti għall-konsultazzjoni pubblika. Il-Gvern ifakkar li, kif iddikjara fid-diskors tal-Budget 2010, u waqt laqgħat li kellu, inkluż ma’ din l-iskema, kien dikjarat li l-Gvern qed jindirizza din il-materja ta’ eżenzjonijiet b’mod gradwali u allura dan huwa proċess li se jibqa’ għaddej fix-xhur li ġejjin, u mhux se jintemm bil-pubblikazzjoni ta’ dawn l-Avviżi Legali.

Wara li jikkunsidra l-kummenti li rċieva, l-Gvern ser ikun qed idaħħal dawn l-Avviżi Legali fis-seħħ fil-ġimgħat li ġejjin u wara li jintemmu l-verifiki fuq l-ammonti ta’ skart riċiklabbli, isiru l-ħlasijiet tar-rifużjonijiet / ezenzjonijiet applikabbli.
 

 
*
search
 
Forthcoming Events

Animal Ambulance for abandoned animals
24 hour free service - 21224001

Tree For You Campaign
Cempel fuq 22952333

*
*
 
 
Links
* *
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
   
 
Copyright 2004, Ministry for Rural Affairs and the Environment, Government of Malta * Web Design by Think Design