Government Logo
Ministry for Rural Affairs and the Environment Ministry for Rural Affairs and the Environment Logo: Featuring Windmill with Fish, Leaf, Bird and Drop
Home | The Ministry | Laws & Treaties | Initiatives | Statistics | Fact File | Links | Downloads | Contact Us
Press Releases | Archived Press Releases | News | Archived News | Speeches | Opinion Point | Photo Archive
* * *
* Communications * » Press Releases *
* * *
* * *
 
Promozzjoni ta' nbejjed Maltin ta' kwalita' fiċ-ċentru tal-Belt Valletta
 
Date: 10/12/2009

Il-ġimgħa ta’ attivitajiet biex tfakkar l-inawgurazzjoni tal-proġett ta’ tisbieħ li sar fi Pjazza San Ġorġ, ser tiġi fi tmiemha permezz ta’ Festa ta’ Inbejjed Maltin ta’ Kwalita’. Din il-festa ser tittella’ għada l-Ġimgħa 11, u s-Sibt 12 ta’ Diċembru mis-7.00 p.m. ‘l quddiem fil-pjazza ta’ quddiem il-Palazz, fil-Belt Valletta.

Għal din l-okkażjoni, l-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali stieden lill-produtturi lokali ta’ nbejjed ta’ kwalita’ biex jipparteċipaw u ġiet ikkonfermata l-preżenza ta’ Camilleri Wines, Delicata Winemakers, Marsovin, Meridiana u Montekristo. Ser jieħdu sehem ukoll is-Soċjeta’ Vitikultura li hija l-għaqda li tiġbor fiha l-bdiewa li jkabbru d-dwieli, li jipproduċu l-għeneb għall-għasir.

F’din l-attivita’ wieħed ser ikun jista’ jduq u jixtri nbejjed lokali ta’ kwalita’ u ser ikun hemm ukoll tagħrif importanti ieħor dwar l-inbid u l-produzzjoni tiegħu.

Fis-serata ta’ għada l-Ġimgħa, 11 ta’ Diċembru, ser ikun hemm divertiment li ser ikun ipprovdut mill-Freddie Mizzi Big Band u kunċert ta’ mużika Maltija minn Spiteri Lucas Band, bis-sehem ta’ uħud fost l-aqwa kantanti Maltin.

Għas-serata tas-Sibt, 12 ta’ Diċembru, ser ikun hemm wirjiet mill-Astra Folk Group, in-Nafra Folk Ensemble u mill-grupp Jazzin Up, li ser ikunu akkumpanjati mill-kantant Ludwig Galea.

Id-dħul għal din l-attivita’, li hija parti mill-kampanja ta’ promozzjoni Naturalment Malti, huwa b’xejn.
 

 
*
search
 
Forthcoming Events

Animal Ambulance for abandoned animals
24 hour free service - 21224001

Tree For You Campaign
Cempel fuq 22952333

*
*
 
 
Links
* *
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
   
 
Copyright 2004, Ministry for Rural Affairs and the Environment, Government of Malta * Web Design by Think Design