 |
 |
 |
 |
Communications |
 |
 |
 |
 |
 |
 |
| |
Il-Monument tal-Vittmi tas-Sette Giugno marbut intrinsikament mal-istorja tal-Parlament
|
|
Date:
11/12/2009
Filwaqt li l-maġġoranza kbira tal-poplu Malti u Għawdxi tinsab entużjasta u qed tgawdi l-proġett ta’ titjib li sar fi Pjazza San Ġorġ, l-Oppożizzjoni għadha għaddejja tirrepeti l-istess argumenti u dan minkejja dikjarazzjonijiet ċari u pubbliċi li saru fl-aħħar ġimgħat.
L-Oppożizzjoni qed tirrepeti argumenti li ġa ġew imwieġba u ċċarati. Il-fatt hu li l-Gvern għandu kull rispett lejn il-vittmi tas-Sette Giugno u jemmen li l-ġrajjiet storiċi jikkonfermaw li dan il-monument għandu rabta intrinsika mal-istorja tal-Parlament. Għalhekk kien deċiż li dan il-monument ikun inkorporat fil-pjanti li ser ikunu sottomessi għal Bieb il-Belt u għas-sit tal-Parlament il-ġdid fi Pjazza Ħelsien. Fil-frattemp, u kif ġa ingħad, il-monument qed jinżamm f’imħażen tat-Taqsima tax-Xogħlijet fl-Imrieħel u qed isirulu wkoll xogħlijet ta’ tindif u manutenzjoni.
Minbarra n-numru kbir ta’ dikjarazzjonijiet pubbliċi li saru f’dan ir-rigward, Roderick Galdes, bħala impjegat u membru tal-Bord tal-MEPA, messu jaf ukoll li l-Gvern diġa’ kiteb lill-MEPA u kkonferma din l-intenzjoni. Fil-fatt, minbarra l-ittra li ntbagħtet fit-3 ta’ Diċembru 2009, u li ssemmiet fil-laqgħa tal-Bord tal-MEPA tal-bieraħ, 10 ta’ Diċembru u li għaliha kien preżenti Galdes, il-Gvern reġa’ kiteb lill-MEPA l-bieraħ stess u b’mod mill-aktar ċar reġa’ ddikjara li hi l-intenzjoni tal-Gvern li jissottometti pjanta emendata ta’ Pjazza San Ġorġ hekk kif ikunu sottomessi l-pjanti għal Bieb il-Belt u għas-sit tal-Parlament il-ġdid fi Pjazza Ħelsien.
Madanakollu, Roderick Galdes għażel li dan kollu jinjorah u għadu jipprova jiggranfa ma’ xi skuża f’tentattiv iddisprat ta’ Oppożizzjoni li ma tiflaħx tara proġetti tal-Gvern jitlestew fil-ħin, li jwasslu biex jitgawdew min-nies infushom u biex il-poplu kollu jgawdi minn kwalita’ ta’ ħajja aħjar. |
|
|
|
| |
|
|
|
|
 |
 |
 |
|
|
|
 |
|
|
|
|