Government Logo
Ministry for Rural Affairs and the Environment Ministry for Rural Affairs and the Environment Logo: Featuring Windmill with Fish, Leaf, Bird and Drop
Home | The Ministry | Laws & Treaties | Initiatives | Statistics | Fact File | Links | Downloads | Contact Us
Press Releases | Archived Press Releases | News | Archived News | Speeches | Opinion Point | Photo Archive
* * *
* Communications * » Press Releases *
* * *
* * *
 
Pjazza San Ġorġ tilqa' fiha l-istudenti li jipparteċipaw fil-programm Eko-Skola
 
Date: 11/12/2009

Pjazza San Ġorġ dalgħodu kienet mimlija bit-tfal tal-iskejjel li jipparteċipaw fil-programm eko-skola. Dawn l-istudenti kellhom l-opportunita’, li jipparteċipaw f’numru ta’ attivitajiet li ġew organizzati għalihom, filwaqt li gawdew l-ispazju msebbaħ u miftuħ li issa qed toffri Pjazza San Ġorġ.

Fost dawn l-attivitajiet kien hemm wirja mill-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili, mill-Korp tal-Pulizija u l-Forzi Armati ta’ Malta, kif ukoll numru ta’ stands b’esebizzjoni ta’ tpinġijiet u charts li l-istudenti nfushom ippreparaw dwar din l-istess pjazza.

It-tfal ingħataw ukoll pots b’żerriegħa ta’ siġar indiġeni Maltin mill-kampanja 34U. L-istudenti kellhom ukoll l-opportunita’ li jżuru l-armerija u l-kmamar statali tal-Palazz tal-Gran Mastru. Din l-attivita’ se terġa’ tirrepeti ruħa għada filgħodu għat-tfal u l-familji kollha.

Għal din l-attivita’ attenda wkoll il-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali, George Pullicino, li filwaqt li pparteċipa mat-tfal, saħaq li anki fil-proġett ta’ tisbiħ ta’ din il-pjazza, il-Gvern ħa ħsieb li jieħu miżuri ambjentali. F’dak li hu fisser bħala l-ekoloġija tal-pjazza, il-Ministru Pullicino spjega kif il-lampi tal-pjazza huma kollha energy saving filwaqt li l-ilma tal-funtana ma jintremiex iżda jinżamm f’ġibjun u jibqa’ jiġi riċiklat.

L-attivitajiet fi Pjazza San Ġorġ – il-pjazza tal-poplu, se jkomplu fi tmiem il-ġimgħa permezz tal-festa tal-inbejjed ta’ kwalita’.
 

 
*
search
 
Forthcoming Events

Animal Ambulance for abandoned animals
24 hour free service - 21224001

Tree For You Campaign
Cempel fuq 22952333

*
*
 
 
Links
* *
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
   
 
Copyright 2004, Ministry for Rural Affairs and the Environment, Government of Malta * Web Design by Think Design