Government Logo
Ministry for Rural Affairs and the Environment Ministry for Rural Affairs and the Environment Logo: Featuring Windmill with Fish, Leaf, Bird and Drop
Home | The Ministry | Laws & Treaties | Initiatives | Statistics | Fact File | Links | Downloads | Contact Us
Press Releases | Archived Press Releases | News | Archived News | Speeches | Opinion Point | Photo Archive
* * *
* Communications * » Press Releases *
* * *
* * *
 
Jinħareġ il-permess sabiex jinbena l-Family Park
 
Date: 17/12/2009

Il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali jilqa’ b’sodisfazzjon il-ħruġ tal-full development permit mill-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) sabiex il-miżbla l-magħluqa ta’ Wied il-Għajn tinbidel f’park għar-rikreazzjoni tal-familji. Din hi l-politika ta’ dan il-gvern li jagħti lura lin-nies spazji li kienu jintużaw sabiex fihom jiġi ddepożitat l-iskart fis-snin sebgħin, fi spazji miftuħa u msebbħa.

Dan il-permess għalhekk se jwassal sabiex matul is-sena d-dieħla jkunu jistgħu jibdew ix-xogħlijiet neċessarji mal-iżvilupp ta’ dan il-park li jinsab bejn l-impjant ta’ Sant’ Antnin u r-Razzett tal-Ħbiberija, li ġa la darba jkun lest, se jkun qed jiġbed lejħ mhux biss Maltin iżda wkoll aktar turisti lejn in-nofsinhar ta’ Malta. Dan il-park li se jkun mifrux fuq 85,000 metru kwadru ta’ art. Apparti l-fatt li se joffri spazju miftuħ u msebbaħ, se jipprovdi biżżejjed spazju biex fihom ikun jistgħu jintlagħbu tlett dixxipplini sportivi f’daqqa bħal 5 a-side football, tennis u volleyball.

Attrazzjonijiet oħra f’dan il-park se jkunu landscaped mazes u rock climbing wall. Il-pjanti ta’ dan il-park jiprovdu wkoll parkeġġ filwaqt li razzett li jinsab fl-istess żona fejn se jsir dan il-park se jkun irrestawrat, u miftuħ għall-pubbliku bħala mużew ħaj tal-annimali li se jkunu qed jitrabbew f’dan l-istess razzett, li se jservi wkoll ta’ vetrina għall-prodotti agrikoli Maltin.

F’dan il-park se jkun qed jinbena wkoll Ċentru ta’ Informazzjoni għall-viżitaturi. Dan iċ-ċentru għandu l-iskop li jipprovdi informazzjoni dwar l-ekoloġija u l-ħidma kollha li qed issir sabiex l-iskart ikompli jkun riżorsa li minnu tiġi ġġenerata l-enerġija nadifa. Dan iċ-ċentru għandu jkompli jgħin sabiex tkompli tinbidel il-mentalita’ tal-mod kif inħarsu lejn l-iskart. Matul dawn l-aħħar snin, twettqet rivoluzjoni siekta fl-immaniġġjar tal-iskart, inħolqu is-Civic Amenity Sites, l-Bring in Sites, l-iskema Irriċikla t-Tlieta, ingħalqu l-miżbliet u nbew faċilitajiet moderni.

Dan l-investiment ta’ ‘l fuq minn €6 miljun, qed isir ukoll b’fondi mill-Unjoni Ewropea. Dan huwa pass ieħor fit-twettieq ta’ wegħda elettorali oħra. Il-gvern għandu din il-viżjoni li jbiddel il-miżbliet il-magħluqa f’parks għal ħarsien tal-ambjent u sabiex aħna u wliedna ngawdu minn livell ta’ saħħa aħjar.
 

 
*
search
 
Forthcoming Events

Animal Ambulance for abandoned animals
24 hour free service - 21224001

Tree For You Campaign
Cempel fuq 22952333

*
*
 
 
Links
* *
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
   
 
Copyright 2004, Ministry for Rural Affairs and the Environment, Government of Malta * Web Design by Think Design