Government Logo
Ministry for Rural Affairs and the Environment Ministry for Rural Affairs and the Environment Logo: Featuring Windmill with Fish, Leaf, Bird and Drop
Home | The Ministry | Laws & Treaties | Initiatives | Statistics | Fact File | Links | Downloads | Contact Us
Press Releases | Archived Press Releases | News | Archived News | Speeches | Opinion Point | Photo Archive
* * *
* Communications * » Press Releases *
* * *
* * *
 
Approvat il-permess għall-aħħar fażi tar-Riabilitazzjoni tal-Magħtab
 
Date: 11/03/2010

Il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali jilqa’ b’sodisfazzjon il-ħruġ tal-permess għall-aħħar fażi għar-riabilitazzjoni tal-Magħtab, sabiex din il-miżbla l-magħluqa tinbidel f’park għar-rikreazzjoni tal-familji. Dan il-permess huwa pass ieħor ukoll fit-twettieq ta’ wegħda elettorali oħra li għandha tara l-Magħtab jinbidel f’post ta’ rikreazzjoni għall-familji.

Il-Ministru Pullicino iddeskriva l-ħruġ ta’ dan il-permess bħala “pass importanti fil-mixja ta’ pajjiżna biex inbiddlu prattiċi qodma li kellna għal prattiċi moderni. Ir-riabilitazzjoni tal-Magħtab, hija xempju tal-investiment li pajjiżna kellu jagħmel biex isewwi n-nuqqasijiet tal-passat fil-qasam tal-immaniġġjar tal-iskart. Dan għandu jgħallimna kemm huwa importanti li pajjiżna jinvesti issa f’teknoloġiji ġodda biex ma jerġgħux isiru l-iżbalji tal-passat.”

Din id-deċiżjoni tal-lum qegħda ssir wara li 6 snin ilu, il-gvern kien għalaq il-miżbliet kollha mhux ikkontrollati, li kienu għadhom jintużaw. Dawn kienu l-miżbliet fil-lokalitajiet tal-Magħtab f’Malta u l-Qortin f’Għawdex. Apparti dan, il-Gvern permezz tal-kumpanija WasteServ ħa wkoll diversi miżuri biex is-siti jiġu rijabilitati u jitneħħa kwalunkwe periklu li jista’ joħroġ minnhom.

Il-Magħtab diġa għaddiet minn żewġ proċessi fit-triq tar-riabilitazzjoni tagħha. L-ewwel ma sar kien li jiċċaqlaq madwar 700,000 tunnellata terrapin biex tiżdied l-istabbilità, jinħoloq spazju għall-passaġġi u tingħata l-forma meħtieġa. It-tieni proċess, kien l-estrazzjoni tal-gassijiet li jniġġsu l-ambjent. Għal dan il-għan, ġew installati 80 kilometru ta’ pajpijiet u 400 bir li huma fondi madwar 12-il metru kull wieħed. Dawn il-bjar mxerrda madwar is-sit qed jiżguraw li l-gassijiet li hemm ġol-miżbla jinqabdu.

B’kollox mill-Magħtab jinġabar madwar 6,000 metru kubu ta’ arja ħażina fis-siegħa u minn meta beda jopera ir-Regenerative Thermal Oxidizer (RTO) ġie trattat aktar minn 40,000 tunnellata ta’ carbon dioxide (CO2) equivalent, u li mingħajr dan l-impjant kien jispiċċa kollu tniġġiż fl-arja. Dan l-impjant li jaħraq il-gassijiet velenużi, waħdu sewa madwar €1.4 miljun. Apparti dan, ġie nstallat ukoll Reverse Osmosis sabiex jittratta l-ilma. Il-prodott ta’ dan ir-RO huwa fil-fatt tajjeb għat-tisqija tal-istess żona.

Permess ta’ aktar fondi mill-budget il-ġdid tal-Unjoni Ewropea (li jkopru mill-2007 sa l-2013), il-miżbliet il-magħluqa se jinbidlu f’żoni ta’ rikreazzjoni fejn il-pubbliku jkun jista’ jgawdi spazji fil-miftuħ. Dan qed isir b’investiment li jlaħħaq mat-€30 Miljun.

Wara li kienet saret kompetizzjoni internazzjonali għar-rijabilitazzjoni tas-sit fil-Magħtab, ġie magħżul il-kunċett u d-disinn tal-konsorzju Ġermaniż Melitopia. Din l-aħħar fażi tal-proġett tar-riabilitazzjoni tal-Magħtab, se tara il-wiċċ tal-Magħtab jinkesa b’materjal biex jilqa’ l-emmissjonijiet tal-gassijiet u l-infiltrazzjoni tax-xita bil-wiċċ ta’ dan il-materijal se jkun ħamrija, sabiex il-Magħtab iwarrad.

Għalhekk fix-xhur li ġejjin se jinbdew l-aħħar xogħlijiet fuq il-Magħtab sabiex terġa’ tingħata lura lill-familji Maltin u Għawdxin fi spazju miftuħ għar-rikreazzjoni ta’ kulħadd f’post miftuħ u f’arja aktar nadifa.
 

 
*
search
 
Forthcoming Events

Animal Ambulance for abandoned animals
24 hour free service - 21224001

Tree For You Campaign
Cempel fuq 22952333

*
*
 
 
Links
* *
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
   
 
Copyright 2004, Ministry for Rural Affairs and the Environment, Government of Malta * Web Design by Think Design