Government Logo
Ministry for Rural Affairs and the Environment Ministry for Rural Affairs and the Environment Logo: Featuring Windmill with Fish, Leaf, Bird and Drop
Home | The Ministry | Laws & Treaties | Initiatives | Statistics | Fact File | Links | Downloads | Contact Us
Press Releases | Archived Press Releases | News | Archived News | Speeches | Opinion Point | Photo Archive
* * *
* Communications * » Press Releases *
* * *
* * *
 
Malta tipparteċipa fl-inizjattiva simbolika Earth Hour
 
Date: 27/03/2010

Malta illejla se tingħaqad ma’ ’l fuq minn 88 pajjiż minn madwar id-dinja fl-inizjattiva Earth Hour 2010. Din l-inizjattiva għandha l-għan simboliku li għal siegħa waħda, mit-8.30pm sad-9.30pm kulħadd madwar id-dinja jagħmel sforz favur il-klima u jnaqqas il-konsum tad-dwal. Din hija attivita’ maħsuba biex toħloq għarfien u twassal messaġġ, filwaqt li tagħti eżempju ta’ inizjattivi li jistgħu jsiru favur l-ambjent.

Illeja matul din is-siegħa f’Malta, se jintfew id-dwal ta’ Bieb il-Bombi, is-Swar tal-Mdina u Pjazza San Gorg fil-Belt Kapitali. F’Għawdex ukoll se jintefa d’dawl tas-swar tac-Cittadella u tal-Banca Giuratale fejn minflok id-dawl artifiċċjali madwar ic-Citadella se ssir fjaccolata. Illejla wkoll f’pajjizna fuq innizjattiva tal-MHRA numru ta’ lukandi se jitfu partijiet mil-lukandi tagħhom u qed iħeġġu lit-turisti biex jagħtu kontribuzzjoni b’risq il-kampanja 34U sabiex inkomplu nħawwlu aktar siġar f’pajjiżna.

Din l-inizjattiva Earth Hour bdiet 3 snin ilu f’Sydney l-Australia u żvilluppat tant li llum hija l-akbar manifestazzjoni ambjentali parteċipattiva mifruxa f’xejn anqas minn 6,000 belt jew raħal madwar id-dinja. fost il-lista twila ta’ postijiet u monumenti ta’ mportanza li se jintfew illejla madwar id-dinja nsibu fost oħrajn it-Torri Eiffel, il-Piramidi u l-iSphinx f’Giza u l-istatwa ta’ Gesu Salvatur fil-Brażil.
 

 
*
search
 
Forthcoming Events

Animal Ambulance for abandoned animals
24 hour free service - 21224001

Tree For You Campaign
Cempel fuq 22952333

*
*
 
 
Links
* *
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
   
 
Copyright 2004, Ministry for Rural Affairs and the Environment, Government of Malta * Web Design by Think Design