Government Logo
Ministry for Rural Affairs and the Environment Ministry for Rural Affairs and the Environment Logo: Featuring Windmill with Fish, Leaf, Bird and Drop
Home | The Ministry | Laws & Treaties | Initiatives | Statistics | Fact File | Links | Downloads | Contact Us
Press Releases | Archived Press Releases | News | Archived News | Speeches | Opinion Point | Photo Archive
* * *
* Communications * » Press Releases *
* * *
* * *
 
Laqgħa mal-Kummissarju għall-Agrikoltura u Żvilupp Rurali, Dacian Ciolos
 
Date: 29/03/2010

Il-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali, l-Onor. George Pullicino jinsab fi Brussels fejn qed ikollu laqgħat bilaterali separati ma’ numru ta’ Kummissarji Ewropej.

Il-laqgħat huma mal-Kummissarju għall-Agrikoltura u Żvilupp Rurali, Dacian Ciolos; mal-Kummissarju għall-Azzjoni dwar il-Klima, Connie Hedegaard; mal-Kummissarju għas-Sajd u Affarijiet Marittimi, Maria Damanaki; mal-Kummissarju għall-Enerġija, Gunther Oettinger u mal-Kummissarju għas-Saħħa u l-Politika dwar il-Konsumatur, John Dalli.

Għal dawn il-laqgħat il-Ministru Pullicino qed ikun akkumpanjat mir-Rappreżentant Permanenti ta’ Malta għall-Unjoni Ewropea, Richard Cachia Caruana u minn uffiċjali oħrajn mill-Ministeru.

Dawn il-laqgħat, li qed isiru fil-bidu tal-mandat tal-Kummissarji l-ġodda, qed iservu biex il-Kummissarji jingħataw ħarsa lejn ir-realtajiet partikolari ta’ pajjiżna fl-oqsma differenti kif ukoll biex jitqajmu xi punti ta’interess partikolari għal Malta.
 

 
*
search
 
Forthcoming Events

Animal Ambulance for abandoned animals
24 hour free service - 21224001

Tree For You Campaign
Cempel fuq 22952333

*
*
 
 
Links
* *
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
   
 
Copyright 2004, Ministry for Rural Affairs and the Environment, Government of Malta * Web Design by Think Design