 |
 |
 |
 |
Communications |
 |
 |
 |
 |
 |
 |
| |
Proġett ta' tisbiħ fil-Mosta
|
|
Date:
09/04/2010
Dalgħodu l-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali, l-Onor. George Pullicino żar ix-xogħlijiet ta’ tisbiħ li qed isiru fuq iz-zuntier tal-Mosta. Ix-xogħol ta’ tranġar tal-ħitan taz-zuntier tal-knisja li jinkludu wkoll xogħol sabieħ tal-ħadid, qed issir skond id-disinji oriġinali tal-Perit Giorgio Grognet de Vasse, li lesta din il-Knisja Arċipretali tal-Mosta fl- 1860.
Dan ix-xogħol li qed issir mill-ħaddiema tat-Taqsima tax-Xogħlijiet fil-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali, jirrikjedi ħaddiema tas-sengħa minħabba li d-disinn tal-parapett huwa tond u kull biċċa minnu għandu kurvatura differenti.
Bħala parti minn dan il-proġett ta’ tisbiħ se jiġu nstallati wkoll żewġ Sicilian fountains taħt iz-zuntier. Dawn il-funtani ser jitpoġġew ukoll fl-istess post li kien destinat għalihom, u kif kienu fil-ħsieb oriġinali tal-Perit Georgio Grongnet fil-pjanti oriġinali tiegħu għal proġett tal-Knisja tal-Mosta. Dan il-progett tal-Gvern fil-Mosta qed isir b’investiment ta’ €200,000. Il-Knisja ser tkun qed tiffinanzja parti mill-ispiża. Dan il-proġett ser ikompli jsebbaħ din iż-żona li għandha valur storiku, kulturali u li tiġbed lejha ħafna turisti li jżuru pajjiżna. |
|
|
|
| |
|
|
|
|
 |
 |
 |
|
|
|
 |
|
|
|
|