 |
 |
 |
 |
Communications |
 |
 |
 |
 |
 |
 |
| |
L-Oppożizzjoni favur tberqiq ta’ fondi mingħajr ma jingħata servizz
|
|
Date:
25/04/2010
Minn kif tkellem dwar is-settur agrikolu dalgħodu, d-Deputat Mexxej Laburista Anġlu Farrugia ta’ x’jifhem li qed jirrieferi għal fondi li l-Gvern żamm milli jinħarġu għal għand il-kumpanija Pitkali Crates.
Kif deher anki f’ġurnali lokali, din il-kumpanija kienet qed tonqos milli taqdi d-dmirijiet tagħa li tipprovdi kaxxex nodfa lill-bdiewa biex fihom jinġarr u jinbiegħ ħaxix frisk lokali. Dan jixhduħ il-bdiewa stess. Il-Gvern b’mod serju u responsabbli, kellu numru ta’ spezzjonijiet u laqgħat mal-bord tat-tmexxija, u irriżultalu li din il-kumpanija ma kienetx qed tipprovdi is-servizz mixtieq. Għaldaqstant il-Gvern żamm lura ċertu pagamenti lejn din il-kumpanija sakemm terġa tkun konformi mal-istandards mitluba.
Dan juri kif filwaqt li l-Gvern qed iżomm kontroll fejn tidħol is-sigurta’ tal-ikel, kif ukoll kontroll fl-infiq ta’ fondi li l-bdiewa stess iħallsu għas-servizz, l-Oppożizzjoni jimpurta biss li tikkritika u titkellem mingħajr ma tara u tifhem il-bżonnijiet tal-bdiewa u l-interessi tal-konsumatur. Dan huwa każ ieħor li juri kemm l-Oppożizzjoni qed titkellem għal-gallarija. |
|
|
|
| |
|
|
|
|
 |
 |
 |
|
|
|
 |
|
|
|
|