Government Logo
Ministry for Rural Affairs and the Environment Ministry for Rural Affairs and the Environment Logo: Featuring Windmill with Fish, Leaf, Bird and Drop
Home | The Ministry | Laws & Treaties | Initiatives | Statistics | Fact File | Links | Downloads | Contact Us
Press Releases | Archived Press Releases | News | Archived News | Speeches | Opinion Point | Photo Archive
* * *
* Communications * » Press Releases *
* * *
* * *
 
Jitkompla l-proċess ta' konsultazzjoni dwar ir-riforma tal-Politika tas-Sajd Komuni tal-Unjoni Ewropea
 
Date: 08/05/2010

Il-konsultazzjoni dwar ir-riforma tal-Politika tas-Sajd Komuni tal-Unjoni Ewropea kienet fiċ-ċentru tad-diskussjoni waqt laqgħa informali tal-Kunsill tal-Ministri Ewropej għas-Sajd li saret f’dawn il-jiem f’Vigo fi Spanja.

Meta intervjena f’isem Malta, l-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali George Pullicino elenka erba’ punti ta’ interess partikolari f’din ir-riforma li trid tiġi implimentata. Pullicino qal li din ir-riforma trid tkun ibbażata fuq il-prinċipju tal-immaniġġjar sostenibbli sas-sena 2015. Dan jorbot mal-impenn li kienet għamlet l-Unjoni Ewropea waqt is-Summit Dinji tal-Iżvilupp sostenibbli li kien sar f’Johannesburg f’Settembru tal-2002.

Il-Ministru Pullicino qal li r-riforma trid tara li jkun hemm sinerġija ma’ policies oħrajn, bħalma hi dik marittima. Fl-istess waqt, Malta temmen li hemm lok għal sehem ikbar tar-Regional Advisory Council (RAC), speċjalment fejn jidħlu tfassil ta’ pjanijiet multi-annwali ta’ qbid ta’ ċertu speċi ta’ ħut ma’ pajjiżi terzi.

Ir-riċerka fis-setturi tal-akwakultura ukoll hija ta’ importanza partikolari u dan minħabba d-domanda dejjem tikber tal-konusmaturi. Dawn l-industriji għandhom jibqgħu jiġu mgħejjuna fl-iżvilupp ta’ diversifikazzjoni ta’ speċi, l-aħħar teknoloġij eżistenti ħalli jonqos l-impatt ambjentali u titjib fin-nutrizzjoni tal-ispeċi biex ikun hemm dipendenza inqas fuq żjut u ikel iħeor tradizzjonali tal-ħut.

Il-Ministru George Pullicino tenna wkoll fuq il-bżonn li l-Kummissjoni Ewropea tirrikonoxxi r-rwol importanti soċjo-ekonomiku tal-flotot żgħar bħal tagħna li jgħixu mal-kosta.
 

 
*
search
 
Forthcoming Events

Animal Ambulance for abandoned animals
24 hour free service - 21224001

Tree For You Campaign
Cempel fuq 22952333

*
*
 
 
Links
* *
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
   
 
Copyright 2004, Ministry for Rural Affairs and the Environment, Government of Malta * Web Design by Think Design