 |
 |
 |
 |
Communications |
 |
 |
 |
 |
 |
 |
| |
Il-Politika Agrikola Kommuni wara l-2013
|
|
Date:
18/05/2010
In-Netwerk Rurali Nazzjonali Malti (NRNM) li jifforma parti mill-Awtorità ta’ Tmexxija responsabbli għall-implementazzjoni tal-Programm tal-Iżvilupp Rurali 2007 – 2013 organizza laqgħa dwar “Il-Futur tal- Politika Agrikola Komuni (PAK) wara l-2013”. Din il-laqgħa saret fil-11 ta’ Mejju u hija parti minn proċess ta’ konsultazzjoni pubblika li ġiet imnehdija mill-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali. Il-proċess ta’ konsultazzjoni jinkludi wkoll stħarriġ telefoniku, kwestjonarji mas-setturi varji u huwa miftuħ għall-konsumaturi kif ukoll għall-produtturi f’setturi relatati.
Il-Ministru għar-Rizorsi u l-Affarijiet Rurali, l-Onorevoli George Pullicino, indirizza lill-parteċipanti tal-laqgħa u emfasizza li l-agrikoltura ma tistax tkun sostenibbli jekk ma tkunx indirizzata mill-perspettiva tal-immaniġġjar tal-ilma, skart, kif ukoll tibdil fil-klima.
Il-parteċipanti kollha ngħataw l-opportunità biex jiddibattu dwar l-impatt tal-PAK kurrenti kif ukoll esprimew il-ħsibijiet tagħhom dwar kif ir-riforma għal din il-politika tista’ tikkumplimenta l-operat tas-settur agrikolu Malti. L-informazzjoni kollha li tinġabar ser tintbagħat lill-Kummissjoni Ewropea sabiex tiġi magħquda ma’ l-informazzjoni miġbura mis-27 stati membru. |
|
|
|
| |
|
|
|
|
 |
 |
 |
|
|
|
 |
|
|
|
|