Government Logo
Ministry for Rural Affairs and the Environment Ministry for Rural Affairs and the Environment Logo: Featuring Windmill with Fish, Leaf, Bird and Drop
Home | The Ministry | Laws & Treaties | Initiatives | Statistics | Fact File | Links | Downloads | Contact Us
Press Releases | Archived Press Releases | News | Archived News | Speeches | Opinion Point | Photo Archive
* * *
* Communications * » Press Releases *
* * *
* * *
 
L-Oppożizzjoni tibqa’ tfixkel u tħawwad l-imħuħ fuq l-enerġija alternattiva.
 
Date: 09/06/2010

Huwa tal-iskantament kif l-Oppożizzjoni tagħżel li tkompli tieħu l-irwol ta’ ġurnalista li jagħżel li jikkritika fl-ajru mingħajr ma verament ikun jaf x’qed jiġri.

l-Onor. Brincat jaf li l-Gvern applika mal-MEPA biex jinbdew l-istudji neċessarji sabiex f’pajjiżna jkollna tliet siti bil-Wind Farms, tnejn fuq l-art u sit fil-baħar. Intant bħala parti mill-proċess tal-applikazzjoni se jinbdew fil-jiem li ġejjin studji dettaljati magħrufa bħala Environment Impact Assessments (EIA’s). Dan huwa proċess pubbliku, fil-miftuħ u trasparenti. Is-siti ntgħażlu minħabba t-tipoloġija tas-sit u windprofiles indikattivi, iżda l-Gvern dejjem qal li jridu jsiru studji aktar dettaljati viċin is-siti ndikati. L-Onor Brincat imissu jaf b’dan kollu.

Il-Gvern jimxi fuq ir-riżultati tal-istudju u mhux fuq x’jidher fil-ġurnali jew x’jaqra wieħed fuq l-internet, għax hekk titlob is-serjeta’. Il-proċedura serja titlob, li l-ewwel tidentifika s-siti, imbagħad isiru l-istudji fuq is-siti indikati. X’tippretendi l-Oppożizzjoni li jsiru studji ġeoliġiċi madwar il-pajjiż kollu bi flus il-poplu?

Il-Gvern miexi sabiex sas-sena 2020, 10% tal-ġenerazzjoni eletrika tkun ġejja minn sorsi nodfa. Biex dan isir pajjiżna hemm bżonn jisfrutta r-riżorsi kollha possibbli mix-xemx, mir-riħ u mill-iskart. Il-Gvern għal kuntrarju tal-Oppożizzjoni dejjem kien ċar fid-direzzjoni tiegħu.

Dwar sit għall-wind farms f’Għawdex il-Gvern dejjem kellu l-istess pożizzjoni li dan il-pjan ikun inkorporat fil-proġett ta’ Eko Għawdex. Hija l-Oppożizzjoni li hija inkonsisteni fejn mat-tħabbira tas-siti tal-Wind Farms, l-Kap tal-Oppożizzjoni mar fil-Baħrija jbeżża’ li bil-Wind Farms issir ħsara lill-ilma ta’ taħt l-art. Il-konfużjoni tal-Oppożizzjoni hija aktar evidenti għax fil-fatt kien l-Onor. Brincat stess li kien kiteb diversi drabi li l-Gvern għandu jikkonsidra li jinstalla Wind Farm ġewwa l-Baħrija. L-inkonsistenza tal-Oppożizzjoni tkompli toħroġ f’din l-istqarrija. Huwa faċli li toħroġ stqarrijiet u tibqa’ mingħajr pożizzjoni. Taqbel l-Oppozizzjoni ma’ Wind Farm f’Għawdex? Jekk iva fejn? Jekk le għaliex?

Leo Brincat waqt programm fuq l-istazzjon nazzjonali kien qal li l-pozizzjoni tiegħu u tal-Partit Laburista tittieħed fuq public perception surveys. Dan juri n-nuqqas ta’ serjetà tal-Oppożizzjoni. Fl-istqarria tiegħu l-Onor. Brincat saħaq li l-Gvern għandu ‘jiddikjara ċar u tond liema siti bi ħsiebu jikkunsidra...’ Imiss lill-Oppożizzjoni biex tgħid liema siti għandhom jintgħażlu wara li kif kien kiteb l-Onor. Roderick Galdes f’ġurnal lokali f’Lulju tal-2008 gruppp ta’ esperti ġabru tagħrif biżżejjed sabiex l-Oppożizzjoni tfassal direzzjoni strateġika. Tajjeb li l-poplu jkun jaf l-analiżi sentejn wara li l-esperti ġabbru dan it-tagħrif.

Il-politika tal-Gvern hija ċara u pubblika. L-istudji wkoll isiru pubbliġi ġa la darba jitlestew. Il-Gvern b’mod responsabbli u serju għaddej b’ħidma kontinwa sabiex f’dan il-pajjiż niġġeneraw enerġija nadifa sabiex inħarsu l-ambjent u nħarsu saħħittna.
 

 
*
search
 
Forthcoming Events

Animal Ambulance for abandoned animals
24 hour free service - 21224001

Tree For You Campaign
Cempel fuq 22952333

*
*
 
 
Links
* *
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
   
 
Copyright 2004, Ministry for Rural Affairs and the Environment, Government of Malta * Web Design by Think Design