Government Logo
Ministry for Rural Affairs and the Environment Ministry for Rural Affairs and the Environment Logo: Featuring Windmill with Fish, Leaf, Bird and Drop
Home | The Ministry | Laws & Treaties | Initiatives | Statistics | Fact File | Links | Downloads | Contact Us
Press Releases | Archived Press Releases | News | Archived News | Speeches | Opinion Point | Photo Archive
* * *
* Communications * » Press Releases *
* * *
* * *
 
Ħatra ta' Chairman u Kap eżekuttiv tal-Building Industry Consultative Council
 
Date: 02/07/2010

Il-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali ħatar lill-Onor. Ċensu Galea BE&A, A&CE, MP bħala Chairman u Kap Eżekuttiv tal-Building Industry Consultative Council (BICC). It-terminu tal-ħatra huwa ta’ tliet snin u jagħlaq fil-21 ta’ Ġunju 2013.

L-Onor. Galea twieled fl-1956 u ggradwa bħala Perit fl-1982. Hu ilu jkun elett fil-Parlament f’kull Elezzjoni Ġenerali sa’ mill-1987 u serva fil-kariga ta’ Segretarju Parlamentari (1992-1994) u Ministru (1994-1996; 1998-2008). Din is-sena l-Onor. Galea nħatar Deputy Speaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti.

Il-BICC huwa kumitat konsultattiv li jiġbor fih rappreżentanti tal-istakeholders ewlenin tal-industrija tal-bini u l-għan ewlieni tal-kumitat huwa li jkompli jtejjeb l-industrija bis-sehem tal-imsieħba ewlenin.

Il-Ministru għar-Rizorsi u Affarijiet Rurali, l-Onor. George Pullicino rringrazzja liċ-Chairman ta’ qabel, il-Perit John Ebejer tax-xogħol tiegħu. Il-Ministru Pullicino qal li l-Perit Ebejer ser ikompli jagħti l-kontribut tiegħu kemm fil-BICC kif ukoll f’oqsma oħra fil-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali.

Il-Ministru Pullicino sostna li bil-ħatra tal-Onor Galea hu jinsab fiduċjuż li x-xogħol importanti tal-Kunsill se jitkompla u qal li bl-esperjenza tiegħu kemm bħala Perit, Membru Parlamentari u Ministru, l-Onor Galea żgur se jkun ta’ xprun biex dan il-Kumitat ikompli jkun għodda importanti biex dan is-settur tant importanti jkompli jkun modernizzat u mħejji għall-isfidi ta’ llum.
 

 
*
search
 
Forthcoming Events

Animal Ambulance for abandoned animals
24 hour free service - 21224001

Tree For You Campaign
Cempel fuq 22952333

*
*
 
 
Links
* *
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
   
 
Copyright 2004, Ministry for Rural Affairs and the Environment, Government of Malta * Web Design by Think Design