 |
 |
 |
 |
Communications |
 |
 |
 |
 |
 |
 |
| |
B’reazzjoni għal-istqarrija tal-Onor Sammut
|
|
Date:
20/07/2010
Il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali jinnota b’sodisfazzjon li l-Opposizzjoni qed taqbel mal-posizzjoni tal-Gvern li jintroduċi suq fejn il-bdiewa jbiegħu dirett lill-konsumaturi. Madanakollu l-Ministeru jrid jiċċara li dawn il-miżuri li qed jieħu l-Gvern favur il-bdiewa mhux qed jissostitwixxu r-riforma bżonjuża li trid issir fil-Pitkalija.
Kif intqal diversi drabi anki publikament, ir-riforma tal-pitkalija qed issir b’konsultazzjoni mal-għaqdiet tal-bdiewa u mal-partijiet konċernati. il -Gvern qed janalizza l-proposti u fil-ġimgħat li ġejjin se jkun qed iressaq il-proposta finali għar-riforma fil-pitkalija. Il-Gvern ifakkar ukoll li din is-sena ġew allokati €300,000 għat-titjib fl-infrastruttura tal-Pitkalija biex intejbu l-kundizzjoni tax-xogħol ta’ min jaħdem hemm filwaqt li niżguraw standards ogħla għall prodotti li jgħaddu minn dak is-suq;
Permezz ta’ din l-iniżjattiva li biha l-bidwi jbigħ dirett lill-konsumatur ikun qed jiffranka l-kummisjoni li jkollu jħallas normalment meta jbigħ l-prodott tiegħu fil-pitkalija. Vantaġġ ieħor ta’ din is-sistema hi li l-bidwi stess ifassal il-prezz tal-prodott tiegħu. Dan jirriżulta f’aktar qligħ lil bidwi milli kieku kellu jingħada s-sussidju fuq il-prodott.
Bil-miżuri li l-Gvern kontinwament qed jieħu favur il-bdiewa u l-familji tagħhom, qed jesprimi fiduċja fis-settur. Din il-fiduċja issa trid tkun ukoll espressa mil-bdiewa stess fihom infushom, billi jipparteċipaw f’dan l-inizjattiva li se tkun fuq bażi volontarja. Din l-esperjenza ġdida se tlaqqa’ aktar mill-viċin ix-xogħol tal-bidwi mad-domanda tal-konsumatur. Dan iwassal biex il-bidwi jatrezza ruħu u jifhem aħjar l-għażliet tal-konsumantur fl-għażla ta’ prodott frisk, ġenwin u ta’ kwalita li jkun offrut bi prezzijiet aktar kompetittivi. |
|
|
|
| |
|
|
|
|
 |
 |
 |
|
|
|
 |
|
|
|
|