 |
 |
 |
 |
Communications |
 |
 |
 |
 |
 |
 |
| |
Xogħlijiet ta' tisbiħ tal-promenade f'Marsaxlokk
|
|
Date:
23/07/2010
Dalgħodu l-Ministru għar-Riżori u l-Affarijiet Rurali George Pullicino żar ix-xogħlijiet ta’ tisbiħ li jinsabu għaddejjin fuq il-promenade ta’ Marsaxlokk. Ix-xogħlijiet jinsabu fi stadju avvanzat tant li l-promenade mistenni jkun kompletament miftuħ għall-pubbliku fil-ġranet li ġejjin.
Din il-parti tal-promenade tikkumplimenta x-xogħlijiet li tlestew is-sena l-oħra fuq l-ewwel fażi tal-proġett tal-promenade fejn tkabbret u sar pavimentar ġdid lill-bankina ta’ man-naħa tal-bini.
Din it-tieni fażi tal-proġett tal-promenade inbdiet f’Mejju ta’ din is-sena billi saru x-xogħlijiet fuq it-triq tax-xatt ta’ Marsaxlokk. Ix-xogħol ta’ tisbiħ fuq il-promenade li beda fit-18 ta’ Ġunju, issa jinsab fl-aħħar fażi tiegħu, xogħol li tlesta f’6 ġimgħat u li sar ferm qabel iż-żmien previst. Dan il-promenade hu msebbaħ b’materjal tal-porfido, u qed ikunu nstallati numru ta’ dawl dekorattiv kif ukoll numru ta’ bankijiet tul ix-xtajta biex ikunu jistgħu jitgawdew dejjem aktar ix-xeni sbieħ li joffri Marsaxlokk.
Aktar tard din is-sena mistennija tinbeda it-tielet fażi ta’ dan il-proġett li se tkun tinkludi pavimentar fl-inħawi tal-pjazza f’liema żona se jkun ukoll qed isir monument għas-sajjieda. Il-Gvern qed iwettaq dan il-proġett b’konsultazzjonijiet mal-partijiet kollha ikkonċernati fosthom il-Kunsill Lokali, il-bejjiegħa tal-monti, il-GRTU li tirrappreżenta mas-sidien tal-ħwienet u mas-sajjieda.
Il-Ministru Pullicino kif ukoll l-Assistent Parlamentari fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, l-Onor Franco Debono, irringrazzjaw lill-ħaddiema li ħadmu bla heda fuq dan il-proġett. Dan il-proġett qed issir b’investiment ta’ €2 miljun. Dan l-investiment juri biċ-ċar kemm il- Gvern irid li b’mod konkret jinvesti fin-naħa ta’ isfel ta’ pajjiżna u b’hekk ukoll itejjeb il-potenzjal turistiku ta’ din iż-żona. |
|
|
|
| |
|
|
|
|
 |
 |
 |
|
|
|
 |
|
|
|
|