Government Logo
Ministry for Rural Affairs and the Environment Ministry for Rural Affairs and the Environment Logo: Featuring Windmill with Fish, Leaf, Bird and Drop
Home | The Ministry | Laws & Treaties | Initiatives | Statistics | Fact File | Links | Downloads | Contact Us
Press Releases | Archived Press Releases | News | Archived News | Speeches | Opinion Point | Photo Archive
* * *
* Communications * » Speeches *
* * *
* * *
 
Diskors mill-Onor. Francis Agius, Segretarju Parlamentari għall-Agrikoltura u Sajd dwar Programm ta' L-Unjoni Ewropea bl-isem 'Leader' waqt il-'Good Practices' Seminar - San Ġiljan
Date: 15/12/2006

Leader huwa kunċett totalment ġdid għal Malta. Mit-twaqqif tiegħu fl-1991 fl-Unjoni Ewropea, l-inizjattiva Leader ġiet rikonoxxuta bħala mezz innovativ biex l-istakeholders lokali jkollhom mezz biex jipparteċipaw fl-iżvilupp rurali bi skop imsejjaħ bottom-up approach li jiddependi ħafna mill-parteċipazzjoni ta’ kulħadd.

Fil-Membri Stati qodma, Leader qiegħed fit-tielet ġenerazzjoni tiegħu għax dawn l-Istati Membri qodma kellhom l-opportunità biex igawdu mill-Leader I, Leader II u Leader +, li servew għall-iffurmar tal-għaqdiet, għat-taħriġ tagħhom u konsegwentament għal parteċipazzjoni f’miżuri għal żvilupp rurali b'applikazzjoni ta’ proġetti speċifiċi.

Sfortunatament, Malta ma pparteċipatx fil-programm SAPARD (Special Accession Programme for Agriculture and Rural Development) għax dan kien ġie approvat fil-perjodu li l-applikazzjoni ta' Malta kienet ġiet iffriżata mill-Gvern ta’ dakinhar, u għalhekk ma ġewx allokati fondi biex jitfasslu miżuri bi skop tal-Leader u matul il-programm ta' Żvilupp Rurali (2004-2006) attwali ma stajniex nibbenifikaw minn dan il-Programm.

Madankollu, id-Dipartiment għall-Iżvilupp Rurali bħalissa għaddej bil-preparamenti neċessarji biex il-programm Leader jiġi mniedi flimkien mal-Pjan għall-Iżvilupp Rurali (2007-2013). Il-qofol ta’ kollox ser tkun il-formazzjoni ta’ Gruppi ta’ Azzjoni Lokali, u dan hekk biss; skond ir-regolamenti u r-rakkomandazzjonijiet tad-Dipartiment għall-Iżvilupp Rurali, li huwa l-Managing Authority għall-implimentazzjoni tal-programm.

L-iskop tal-Programm Leader jintlaħaq bit-tfassil ta’ seba' punti mportanti li huma:
• Formazzjoni ta’ Local Action Group
• Ippjanar ta’ Strateġija Reġjonali għat-territorju
• L-applikazzjoni ta’ Bottom-up Approach
• Integrazzjoni bejn il-Gruppi
• Networking bejn il-gruppi
• Innovazzjoni
• Kooperazzjoni għat-twettiq ta’ proġetti skond l-iStrateġija.

Sabiex il-Leader jiġi mplimentat, hemm bżonn li jitwaqqfu Gruppi hekk magħrufa bħala Local Action Groups jew ‘Gruppi ta’ Azzjoni Lokali’, bl-iskop li jkunu rappreżentattivi tar-reġjun tagħhom u li jkollhom pjan strateġiku għar-reġjun li jikkonforma kemm ma’ l-istrateġja rurali u kif ukoll ma' dik nazzjonali bil-għan ukoll li jitwettaq ix-xogħol biex itejbu l-kundizzjoni tat-territorju.

Dan il-Grupp irid ikun jikkonsisti minn rapreżentanti ta’ organizazzjonijiet u entitajiet varji kemm mis-settur Pubbliku, Kunsilli Lokali u entitajiet Governativi, kif ukoll dawk Privati, bħal għaqdiet tal-bdiewa, żgħażagħ, nisa u NGOs oħrajn li jixtiequ jieħdu sehem. Dawn għandhom jagħżlu territorju wieħed magħqud b’numru ta’ abitanti mhux inqas minn 5,000 u mhux aktar minn 150,000. Dan il-Grupp ser ikun fid-dover li jara t-tfassil ta' strateġija għat-territorju li tikkonforma ma' l-istrateġija Rurali u Nazzjonali, u mbagħad, permezz ta’ miżuri u azzjonijiet mill-fondi ta' Żvilupp Rurali u oħrajn, din tiġi mplimentata.

Hu maħsub li f’pajjiżna se jkollna massimu ta’ 3 Local Action Groups. Ser jkun hemm massimu ta’ tnejn f’Malta u wieħed f’Għawdex. Dawn il-Gruppi jistgħu jibbenefikaw mill-fondi biss wara li jiġu rikonoxxuti mid-Dipartiment għall-Iżvilupp Rurali fuq proċeduri kummisjonati mill-Unjoni Ewropea.

Bl-għajnuna tal-Bottom-up Approach il-Programm Leader għandu jilħaq l-għan tiegħu billi jħalli parteċipazzjoni wiesgħa lin-nies li jgħixu fit-territorju. Il-parteċipanti huma obbligati jiddentifikaw u jfasslu soluzzjoni għall-problemi li għandhom fit-territorju u b’hekk ikollhom mezz aħjar biex itejbu l-ambjent rurali. Ovvjament, dan kollu għandu jitniżżel fl-imsemmija strateġija lokali. Il-fondi taħt dan il-programm m’humiex biex jiġu realizzati proġetti kbar, imma proġetti utili li permezz tagħhom titjieb il-qagħda tat-territorju billi jiġu ndirizzati aħjar il-problemi li l-parteċipanti jkunu qablu dwarhom.

Barra minn dan, il-Leader hu strument li jgħin sabiex jitwettqu proġetti ta’ kooperazzjoni kemm bejn gruppi lokali kif ukoll bejn gruppi internazzjonali kemm Ewropej u mhumiex.

Id-Dipartiment għall-Iżvilupp Rurali bħalissa għaddej b’kampanja informattiva dwar dan il-programm. Uffiċjali minn dan id-Dipatiment qegħdin jiltaqgħu ma' rappreżentati ta’ entitajiet pubblici kif ukoll privati bl-iskop li jxerrdu nformazjoni dwar Leader. Dawn l-entitajiet se jiġu mħeġġa biex jingħaqdu u jibdew jiffurmaw dawn il-Gruppi f’pajjiżna u nittamaw li bil-parteċipazzjoni tagħkom din ser tkun ta’ suċċess. Grazzi.


DOI – 15.12.2006
 

 
*
search
 
Forthcoming Events

Animal Ambulance for abandoned animals
24 hour free service - 21224001

Tree For You Campaign
Cempel fuq 22952333

*
*
 
 
Links
* *
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
   
 
Copyright 2004, Ministry for Rural Affairs and the Environment, Government of Malta * Web Design by Think Design