Government Logo
Ministry for Rural Affairs and the Environment Ministry for Rural Affairs and the Environment Logo: Featuring Windmill with Fish, Leaf, Bird and Drop
Home | The Ministry | Laws & Treaties | Initiatives | Statistics | Fact File | Links | Downloads | Contact Us
Press Releases | Archived Press Releases | News | Archived News | Speeches | Opinion Point | Photo Archive
* * *
* Communications * » Speeches *
* * *
* * *
 
Diskors għall-ewwel konferenza dwar l-Ambjent u l-Knisja
Date: 21/05/2004

L-Ambjent – Dar Waħda..ta’ Familja Waħda..ta’ Missier Wieħed

Nibda l-ewwelnett billi, kif kelli l-okkażżjoni nagħmel waqt laqgħa li kelli ftit jiem wara t-twaqqif tal-Kummissjoni Pastorali Ambjent, nuri l-apprezzament tiegħi li settur tant sensittiv bħalma hu l-ambjent qed jingħata attenzjoni minn istituzzjoni tant importanti u influenti fis-soċjeta’ Maltija, bħalma hi l-Knisja.

Il-problemi ambjentali huma kbar. Iżda għal min jemmen, it-tama li jissolvew il-problemi għandha tkun ikbar. Il-fataliżmu m’hemmx postu. L-abdikazzjoni mir-responsabbilta mhux lokha. Li nitfgħu ir-responsabbilta fuq ħaddieħor ifisser li naħarbu mir-responsabiltajiet individwali tagħna.

Kull ċittadin Malti li jgħix f’dan il-pajjiż għandu responsabbilta personali lejn il-ħarsien ta’ l-ambjent minħabba l-fatt illi l-ambjent huwa dak kollu li fih nitħarrku u ngħixu. Iżda r-responsabbilta hija iktar wiesa u ikbar minħabba l-fatt illi l-azzjonijiet individwali tagħna jaffettwaw ukoll il-komunita ta’ nies li ngħixu magħhom kemm dawk li joqogħdu ħdejna u kemm dawk li joqogħdu mili ‘l bogħod minn ħdejna.

Id-densita` tal-popolazzjoni f’Malta hija waħda mill-iktar għolja fid-dinja. Għalhekk ir-responsabbilta ta’ kull ċittadin lejn il-ħarsien ta’ l-ambjent hija proporzjonalment iktar għola minn dik ta’ ċittadin f’pajjiż ieħor. Il-valuri li nħaddnu dwar l-ambjent u l-ħarsien tiegħu u l-azzjonijiet tagħna ta’ kuljum li joħorġu minn dawn il-valuri huma x-xhieda vera ta’ min aħna fir-relazzjoni tagħna ma’ l-ambjent.

Il-Kummissjoni dwar l-Ambjent li waqqfet il-Knisja għandha tkun nifs ġdid dwar id-dibattitu ambjentali f’pajjiżna. Din il-Kummissjoni għandha tkun promotur ewlieni tat-tagħlim soċjali tal-Knisja dwar l-ambjent u toħloq kuxjenza ikbar, fost dawk li jemmnu u dawk li ma jemmnux, dwar ir-responsabiltajiet tagħhom lejn il-ħarsien ta’ l-ambjent. Il-mistoqsijiet li l-Kummissjoni għandha tistaqsi u li għandha tgħin biex ikun hawn riflessjoni serja għandhom ikunu pertinenti:

• Jista’ n-nisrani juża riżorsi naturali mingħajr ma jagħti każ ta’ jekk dawn jistgħux jiġu mġedda biex min jiġi warajna jkollu l-jedd li jgawdi ambjent ta’ l-inqas bħal dak li għandna aħna bħalissa ?
• Jista’ n-nisrani jaħli l-ilma ?
• Jista’ n-nisrani jarmi bl-addoċċ l-iskart li jiġġenera ?
• Jista’ n-nisrani jadotta xejriet ta’ konsum illi jiġġeneraw tip ta’ skart illi jieħu mijiet kbar ta’ snin biex jiddekomponi, jekk jiddekomponi, jew li anke jkun ta’ ħsara għal ħlejjaq oħra ?
• Jista’ n-nisrani jaħli l-enerġija elettrika ?
• Jista’ n-nisrani jaqbad jew joqtol ħlejjaq diversi inkluż għasafar bħala passatemp?
• Jista’ n-nisrani jaħli l-art fil-pajjiż ?
• Jista’ n-nisrani juża l-art kif ġie ġie mingħajr ma jirrifletti dwar jekk l-iżvilupp li jrid isir huwiex verament bżonnjuż jew jekk huwiex se jagħmel ħsara ambjentali li tista’ tkun evitata jekk il-proġett li jkun propost isir b’mod differenti ?

Jien nemmen li biex il-Kummissjoni tkun verament il-melħ ta’ l-art f’Malta tal-lum, dawn il-mistoqsijiet iridu jkunu indirizzati. Diġa l-Kummissjoni ppubblikat dokumenti żgħar li huma effettivi ħafna biex tinħoloq kuxjenza dwar xi mistoqsijiet milli semmejt. L-ambjent mhuwiex qiegħed hemm biss biex ikun sfruttat minna. Għandu valur intrinsiku wkoll li huwa indipendenti mill-valur utilitarju li nagħtuh.

Il-Gvern qed jassumi r-responsabiltajiet tiegħu fil-qasam ta’ l-ambjent bi proċessi illi huma miftuħa għal konsultazzjoni pubblika. Qed ngħixu fi żmien fejn l-aċċess għall-informazzjoni huwa wieħed kbir u vast. Dan huwa fundamentali biex wieħed jinforma ruħu qabel ma jifforma l-opinjonijiet tiegħu. Ovvjament dejjem ikun hawn min illi minkejja l-informazzjoni kollha li jkollu, xorta jifforma opinjoni bbażata fuq fatturi oħra. Il-proċess ta’ konsultazzjoni pubblika u l-aċċess għall-informazzjoni ambjentali li għandna f’Malta huwa wieħed mill-iktar avvanzati fid-dinja. Dan esprimewh kemm-il darba uffiċċjali għolja ta’ istituzzjonijiet ambjentali internazzjonali. Dan l-aħħar id-Direttur Ezekuttiv tal-European Environment Agency Profs. Jacqueline McGlade qalet li l-website tal-MEPA hija eżempju tajjeb ħafna ta’ kif l-informazzjoni ambjentali tasal għand il-pubbliku. Xi ħaġa li forsi aħna ma naprezzawx bizzejjed.

Bħalma jgħid ix-xjenzjat Ingliż, John Houghton, il-problema fil-kriżi ambjentali mhijiex waħda xjentifika, jiġifieri waħda illi ma nafux liema kawża qed toħloq liema effett, imma hija pjuttost waħda ta’ rieda. Lesti illi nbidlu l-imġieba tagħna biex verament inkunu imsieħba denji fit-tiġdid ta’ l-ambjent ?

Hemm min igħid illi l-kriżi fl-ambjent fid-dinja ġejja minħabba l-fatt illi hemm diżordni bejn ir-relazzjoni tal-bniedem m’Alla, mal-bqija tal-bnedmin u mal-bqija tal-ħolqien. Il-Papa preżenti, f’wieħed mid-diskorsi tiegħu dwar l-ambjent kien għamel appell għall-konverżjoni fl-imġieba tagħna lejn l-ambjent. Huwa kien qal li « l-Umanita iddiżappuntat l-aspettativi ta’ Alla …filwaqt li umiljat il-ġnien illi huwa d-dwejra tagħna. Għalhekk huwa importanti li nistimolaw u nsostnu konverżjoni ekoloġika ».

Dan huwa rwol kbir li l-iktar li tista’ tippromovih hija l-Knisja. Il-Gvern lest li jieħu d-deċiżjonijiet kollha li għandhom jittieħdu rigward l-użu tar-riżorsi f’pajjiżna u l-ħarsien ta’ l-ambjent. Iżda l-iktar fattur determinanti huwa kif kull wieħed u waħda minna jħares lejn l-ambjent ta’ madwaru. Kull pjan tal-Gvern rigward l-ambjent huwa dipendenti fuq kemm iċ-ċittadini jagħrfu u jerfgħu ir-responsabiltajiet tagħhom ta’ kuljum. Dan qatt ma jeskludi infurzar iebes tal-liġijiet għal min jikser il-liġi. Iżda l-politika tal-Gvern dejjem se tkun imfassla fuq dak li fl-aħħar mill-aħħar irid il-poplu.

Id-dinja għaddejja minn żmien determinanti għall-futur sostenibbli tagħha. Il-politika, l-ekonomija u l-edukazzjoni iridu jkunu mdawla iktar b’ideat li jissarrfu f’impenn mġedded għar-rispett lejn il-bilanċ ekoloġiku fraġli li ngħixu fih.

Malta mhijiex eskluża minn dan il-proċess. Għalhekk ippermettuli nappella lill-klassi politika biex tħalli l-ambjent ‘l barra mill-logħba politika. Hemm bżonn li d-decizjonijiet iebsin li hemm bżonn nieħdu, sabiex nsolvu d-dnubiet li lkoll kemm aħna ħatja tagħhom, ma jiġux strumentalizzati għal gwadann irħis politiku. Jeħtieġ insibu l-kuraġġ li lkoll flimkien inbidlu l-ligi antikwata tal-kera f’pajjizna ħalli l-bini vojt jigi użat mingħajr ma nagħtu xokkijiet soċjali lill-komunita tagħna.

Hemm bżonn ukoll li jintlaħaq consensus nazzjonali fuq il-htiega li nillimitaw l-izvilupp għall-konfini tal-izvilupp kif deċizi mill-Parlament f’1989, ħlief fejn hemm biċċiet zgħar ta’ art, mdawwra diga bi zvilupp, igifieri kazijiet cari ta’ anomaliji u ingustizzji.

Minn hawn nixtieq naghmel stedina lill-shabi tal-Opposizzjoni sabiex anke huma jaqblu fuq dan il-principju. B’hekk mhux biss naghtu sens ta’ direzzjoni lill-industrija tal-bini, sabiex din tinfatham mill-ispekulazzjoni, izda fuq kollox nsalvaw l-kampanja li ghad fadlilna mhux biss ghalina izda anke ghal dawk ta’ warajna.

Hemm bżonn li l-kwistjoni tal-kaċċa nagixxu fuqha b’kuragg lkoll kemm aħna inkluż il-Knisja. B’kuraġġ ifisser li l-abbuż ngħidulu abbuż u fl-istess ħin niddiskutu dan is-suggett b’aktar realiżmu u anqas emozzjoni.

Fuq kollox hemm bżonn nsibu l-kuraġġ li niftehmu fuq pjan fit-tul dwar miżuri għall-immanigjar aħjar tal-iskart, inkluż is-siti fejn jehtieg impoggu l-impjanti necessarji sabiex naħznu u niprocessaw l-iskart. X’imkien irridu npogguhom dawn il-facilitajiet. Ovvjament ħadd ma jridhom vicin daru. Dan pajjiż zgħir u tpoggihom fejn tpoggihom se jkun hemm impatt negattiv. Ftit għandna għażliet. Nistgħu biss innaqqsu kemm jista jkun l-impatt.

Marbut ma’ dan hemm il-kwistjoni ta’ min se jħallas u kif se nħallsu għall-ispiza ta’ dawn il-faċilitajiet. Din ukoll problema li jeħtieġ nindirizzawha b’maturita u b’realiżmu.

Inkunu qed naħarbu mir-realta’ jekk naħsbu li r-risposta għat-titjib ambjentali nsibuha f’formola ta’ LE dejjem għall-izvilipp. L-izvilupp ekonomiku biss jista’ jgħinha ninvestu għal bidliet fl-ambjent. Liema zvilupp irid ikun sostenibli l-ħin kollu. Fuq kollox biex naslu neħtiegu għarfien, rieda tajba, fiduċja f’xulxin u azzjoni konkreta.

Għaldaqstant, nawgura illi din il-Konferenza li se tibda llum tkun tabilħaqq stimolu għal bidla għall-aħjar fl-imġieba ta’ kull wieħed u waħda minnha lejn l-użu tar-riżorsi u l-ħarsien ta’ ambjent

Mill-ġdid nirringrazzjakom ta’ din l-inizjattiva tagħkom.
 

 
*
search
 
Forthcoming Events

Animal Ambulance for abandoned animals
24 hour free service - 21224001

Tree For You Campaign
Cempel fuq 22952333

*
*
 
 
Links
* *
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
   
 
Copyright 2004, Ministry for Rural Affairs and the Environment, Government of Malta * Web Design by Think Design