 |
 |
 |
 |
Communications |
 |
 |
 |
 |
 |
 |
| |
|
DISKORS TAL-MINISTRU GEORGE PULLICINO, MINISTRU GĦAR-RIŻORSI U AFFARIJIET RURALI, WAQT L-INAWGURAZZJONI TAL-PROĠETT TA’ TISBIĦ TA’ PJAZZA SAN ĠORĠ - VALLETTA - 06.12.2009 |
Date:
06/12/2009
Pjazza San Ġorġ għandha storja x’tirrakkonta, storja ta’ poplu li mexa minn ħakma wara l-oħra, kif tixhed ukoll din il-Pjazza. Storja ta’ poplu li ghadda minn zminijiet difficli izda llum ghandu l-futur tieghu f’idejh.
Din il-pjazza mhux biss għandha rabta diretta ma’ l-istorja kif irrakkontata fil-kotba, imma hija ktieb miftuħ għax fiha kuljum tinkiteb paġna ġdida li tirrifletti mhux biss dak li din il-pjazza tgħaddi minnu iżda dak li jgħaddi minnu l-poplu kollu - għalhekk Pjazza San Ġorġ hija l-Pjazza tal-Poplu.
Izda kien jixraq li biex din il-Pjazza ssir verament il-Pjazza tal-Poplu kuljum u mhux biss fl-avvenimenti mportanti tieghu, tinghata lura lil poplu biex igawdiha kuljum. Kien għalhekk deċiż li mhux biss naghtuha wicc gdid izda naraw l-ucuh tan-nies kuljum go fiha minflok ma tibqa cimiterju ta’ karozzi. Biddilna suriet din il-pjazza ta’ 3,500 metru kwadru mill-qiegh f’anqas minn 6 xhur. Ippermettuli nirringrazzja lil madwar 70 ħaddiem, kemm tal-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali, kif ukoll mis-settur privat li b’xi mod jew ieħor ħadmu fuq dan il-proġett.
Kif wieħed se jkun jista’ jara, f’din il-Pjazza laqqajna l-kreattivita’ moderna mar-rispett lejn l-istorja. Hekk kif Laparelli fil-ħsieb tiegħu meta ddisinja l-belt kapitali ried li jagħmel pjazza bex tixhed l-importanza tal-Palazz majestuż tal-Gran Mastru, hekk ukoll din il-pjazza tfittex li tkompli tikxef is-sbuħija ta’ dan il-ġojjell fil-qalba tal-belt.
Għażilna disinn li filwaqt li jirrispetta l-wirt arkittetoniku tal-madwar jintroduci elementi bhal ilma, dawl u muzika li jaghmlu din il-pjazza spazju haj u frisk. Haresna lejn il-pjazza u anke lil hinn minnha. Bdejna biex irrestawrajna l-faccata tal-Biblioteka Nazzjonali fil-pjazza ta’ qabel Piazza San Gorg biex illum llustrajna gojjell iehor. Irrestawrajna l-binja tal-Mainguard u bdejna nirrestawraw ukoll il-faccata tal-Palazz tal-Gran Mastru biex nillustraw it-tieni gojjell l-aktar importanti tal-Belt Kapitali. Irridu li din il-Pjazza tkun l-entratura denja tal-Palazz li rriduh isir l-aqwa espressjoni tal-identita’ kulturali taghna f’din il-Belt li hija wirt tal-umanita’.
Mill-lejla rridu li din il-Pjazza terġa ssir ic-centru tal-attivita’ soċjali u kulturali tal-belt kapitali tagħna. Permezz tal-proġett ta’ Pjazza San Gorg u proġetti oħrajn, ahna mpenjati li nkomplu nagħtu l-ħajja u valur aktar gholi lill-qalba tal-Belt Kapitali.
Ir-riġenerazzjoni ta’ dan l-ispazju huwa xhieda ħajja tal-viżjoni taghna li nagħtu lin-nies pajjiż modern u msebbaħ. Il-Gvern qed jahdem fuq lista twila ta’ proġetti ta’ restawr u tisbiħ. Dan jirrikjedi investiment ta’ miljuni ta’ ewro biex noffru spazji miftuha ta’ kwalita’ kemm ghalina kif ukoll ghal dawk li jzuruna.
Illum qed naraw u niċċelebraw il-frott ta’ ħafna li qattgħu siegħat twal jippjanaw u jimplimentaw dan il-proġett. Ma rrid ninsa lil ħadd u għalhekk irrid ngħid Grazzi lil kull min ta sehem biex illum qegħdin hawn ninawguraw dan il-progett.
Nixtieq nirringrazzja ukoll lil dawk kollha li minn ghada sas-Sibt se janimaw dan l-ispazju permezz tal-kapacitajiet kulturali taghhom. Permezz tal-hiliet taghhom se jaghtu toghma tal-potenzjal ta’ dan l-ispazju li irbahna mill-gdid halli ngawduh kuljum. Ksibna lura il-Pjazza tal-Poplu ghal Poplu.
|
|
|
|
| |
|
|
|
|
 |
 |
 |
|
|
|
 |
|
|
|
|