Government Logo
Ministry for Rural Affairs and the Environment Ministry for Rural Affairs and the Environment Logo: Featuring Windmill with Fish, Leaf, Bird and Drop
Home | The Ministry | Laws & Treaties | Initiatives | Statistics | Fact File | Links | Downloads | Contact Us
Press Releases | Archived Press Releases | News | Archived News | Speeches | Opinion Point | Photo Archive
* * *
* Communications * » Speeches *
* * *
* * *
 
Diskors ta’ l-egheluq mis-Segretarju Parlamentari responsabli mill-Biedja u s-Sajd Dr. Francis Agius, waqt seminar dwar il-pjan ghall-izvilupp Rurali (RDP)
Date: 13/08/2004

Nirringrazzjakom kollha talli pparteċipajtu f’din il-laqgħa ta’ tibdil b’ informazzjoni u ideat mad-delegazzjoni minn DG Agrikoltura mill-Kummissjoni minn Brussell. L-iskop ta’ din il-mawra huwa parti minn bosta spezzjonijiet li qed isiru ma’ pajjiżi li għadhom kif issieħbu ma’ l-Unjoni Ewropea biex jieħdu nota tal-progress li qed isir fit-twettieq ta’ miżuri sabiex jgħinu lis-settur agrikolu u fl-istess ħin jieħdu l-opinjoni ta’ l-għaqdiet u organizazzjonijiet li għandhom l-akbar interess f’dan is-settur (major stakeholders) dwar kif sejrin l-affarijiet u l-andament fis-settur.

Barra minn dan twettqu bosta żjarat mill-awtoritajiet kemm f’Malta u kif ukoll f’Għawdex. Relevanti wkoll huwa li saru bosta viżti lill-bdiewa f’siti partikolari biex hekk ikunu jistgħu mhux biss jaraw, imma jitkellmu wkoll ma’ dawk li ser iwettqu proġetti ta’ qabel is-sħubija, u kif ukoll oħrajn li għandhom l-art tagħhom li tikkwalifika għall-għajnuniet agro-ambjentali. Dan tahom ukoll iċ-ċans li jaraw u jifhmu l-kundizzjonijiet li jopera fihom il-bidwi Malti. Fil-fatt Malta rnexxielha takkwista l-għola rati ta’ għajnuna għall-bini ta’ Ħitan tas-Sejjieħ u għall-konservazzjoni ta’ speċi awtoktoni – il-gendus Malti. Dan jirrifletti l-ħidma serja tal-Ministeru u d-Dipartimenti tiegħu biex jinkisbu l-iktar għajnuniet possibli lill-bdiewa u lir-raħħala Maltin.

Fl-inawgurazzjoni ta’ din il-laqgħa rajna lill-Ministru Pullicino jħabbar żewġ miżuri ta’ għajnuna ġodda għall-bdiewa li jistgħu jroddu total ta’ 7 Miljun Ewro f’investiment fis-settur agrikolu. Fi żmien qasir mistennija jitħabbru żewġ miżuri oħra speċifikament għar-raħħala. B’hekk inkunu qed noqorbu aktar lejn l-għan ippjanat skond il-Pjan ta’ l-Iżvilupp Rurali kif ukoll is-Single Programming Document għaż-żewġ miżuri ta’ llum, li fis-sentejn u nofs li ġejjin ser iqassmu madwar 40 Miljun Ewro lill-bdiewa u raħħala Maltin.

Din hija opportunità unika pprovduta wkoll permezz tad-Dipartiment ta’ l-Iżvipupp Rurali fejn qatt ma kien hemm somma tant kbira pprovduta biex jittejjeb is-settur agrikolu. U hawn qed nitkellem fuq miżuri ta’ Żvilupp Rurali biss għax hemm oħrajn.

Għalhekk waqt li nirrikonoxxi li jista’ jkun hemm ċertu diffikultajiet biex il-bdiewa u r-raħħala jwettqu l-obbligi sabiex jimxu skond il-ħtiġijiet tal-miżuri, ma rridux ninsew li din hija opportunità unika, u jekk dawn il-flus ma jsirux spekulazzjonijiet għalihom, jiġu rritornati minn fejn ġew. Għalhekk issa iktar minn qatt qabel hemm bżonn minn issa li d-differenzi u l-piki jispiċċaw u niġbdu ħabel wieħed fl-interess ta’ kulħadd.
 

 
*
search
 
Forthcoming Events

Animal Ambulance for abandoned animals
24 hour free service - 21224001

Tree For You Campaign
Cempel fuq 22952333

*
*
 
 
Links
* *
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
   
 
Copyright 2004, Ministry for Rural Affairs and the Environment, Government of Malta * Web Design by Think Design