 |
 |
 |
 |
Communications |
 |
 |
 |
 |
 |
 |
| |
|
Diskors tal-Ministru waqt l-inawgurazjoni tat- Taqsima tal-Vitikultura u l-Enologija fid-Divizzjoni għas-Servizzi Agrikoli u Zvilupp Rurali |
Date:
13/09/2004
Ninsabu hawn dalgħodu biex niftħu uffiċjalment it-Taqsima tal-Vitikultura u l-Enologija fid-Divizzjoni għas-Servizzi Agrikoli u Zvilupp Rurali.
F’Malta, bħal issa, hawn madwar 6000 tomna bi dwieli u madwar 1500 bidwi registrat li jkabbru dawn id-dwieli. Ix-xogħol tat-Taqsima tal-Vitikultura u l-Enologija huwa wieħed ta’ importanza kbira, l-aktar f’dan iz-zmien meta s-settur tal-inbid gie ddikjarat bħala wieħed strategiku għall-biedja f’Malta. Bis-saħħa tal-ftehim innegozjat mal-Unjoni Ewropeja, Malta ingħatat drittijiet ta’ taħwil ta’ dwieli sa massimu ta’ 9000 tomna għall-produzjoni ta’ inbid ta’ kwalita. Dawn il-kisbiet qegħdin jigu salvagwardjati bit-twaqqif tar-Registru tad-Dwieli (Vineyard Register) li qed jigi aggornat kontinwament mit-Taqsima.
Fl-aħħar snin, is-settur ra investiment u modernizar minn naħa ta’ l-għassara, kif ukoll investiment u modernizzar min-naħa tal-bdiewa, biex b’hekk il-Vitikultura qed titwaqqaf fuq sistemi moderni u efficjenti. Dan qiegħed iseħħ bl-impenn u l-għajnuniet tekniċi u finanzjarji tal-Gvern kif ukoll bl-għajnuna finanzjarja ta’ l-Unjoni Ewropeja.
Biex tissahhah it-taqsima gie mfassal programm ta’ gemellagg ma’ l-Italja fuq il-Vitikultura, li issa wasal fi tmiemu wara hmistax-il xahar ta’ hidma. Dan il-programm gie finanzjat mill-fondi ta’ qabel l-ishubija ma’ l-Unjoni Ewropeja, b’finanzjament ta’ 500,000 Ewro. Permezz ta’ din l-ghanuna gew Malta 21 espert fuq 63 missjoni biex jaghtu servizzi ta’ konsulenza lit-Taqsima tal-Vitikultura u l-Enologija dwar ir-responsabilitajiet li ghandha Malta bhala membru ta’ l-Unjoni Ewropea.
L-ghanijiet principali tal-progett kienu li: 1. Titwaqqaf Sezzjoni efficjenti tal-Vitikultura fi hdan id-Dipartiment ta’ l-Agrikoltura b’sistema legali biex ikun irrispettat l- Acquis communautaire; 2. Jigi preparat pjan fuq kif tista tingabar l-informazzjoni fuq il-Vitikultura Maltija kif mitlub mir-registru tad-Dwieli; 3. Tigi zviluppata kampanja edukattiva biex tharreg lill-bdiewa fuq l-istrutturar mehtieg fil-vitikultura Maltija ghall-produzjoni ta’ gheneb ta’ kwalita; 4. Jitwaqqfu ghelieqi sperimentali biex jitkabbru varjetajiet differenti; 5. Jigu ntrodotti l-ahjar metodi ta’ tkabbir ghall-vitikultura moderna; 6. Jitharrgu l-ufficjali Maltin tat-Taqsima tal-Vitikultura kemm f’Malta kif ukoll l-Italja. Parti mportanti mir-responsabilitajiet ta’ din it-Taqsima hija l-ghajnuna teknika li tinghata lil-bdiewa. Din l-ghajnuna sservi biex il-bdiewa jitharrgu fuq it-teknika moderna tat-tkabbir u tinkludi z-zabra, t-tahwil, l-ghazla tal-varjetajiet, it-tisqija u l-bexx.
Din l-ghajnuna teknika ghandha zzid fil-kwalita ta’ l-gheneb mkabbar mill-bdiewa taghna kemm f’dawk li huma varjetajiet internazzjonali bhal Chardonnay, Merlot, Cabernet u Syrah, kif ukoll il-varjetajiet Maltin u Ghawdxin bhal Gellewza, Girgentina, Serkuzan u ta’ Gennaru.
Tajjeb ukoll li wiehed isemmi l-istudju li qed taghmel it-Taqsima biex issib u tikkonserva varjetajiet ohra lokali li ilhom jitkabbru f’pajjizna u li jistghu fil-futur qarib jipproducu nbejjed tipici Maltin u Ghawdxin ta’ kwalita.
Il-Gvern qed joffri ghajnuna finanzjarja ta’ Lm480 t-tomna (1,000 Euros/Ha) bhala ghotja fuq dwieli godda u Lm45 t-tomna (100 Euros/Ha) bhala ghajnuna permanenti addizzjonali fuq dwieli ezistenti.
Fl-2002 u fl-2003 gew imhallsa ‘il fuq minn Lm400,000 (960,000 Euros) bhala ghajnuna finanzjarja, waqt li fl-2004 l-ghajnuna finanzjarja mistenni tlahhaq is-somma ta’ ‘l fuq minn nofs miljun lira (1.2 miljun Euros) fuq applikazzjonijiet ta’ 900 tomna ta’ dwieli godda u fuq l-ghajnuna permanenti addizzjonali.
Dan juri li s-settur qieghed jiehu spinta u importanza kbira ghal pajjizna, kemm fuq livell socjo-ekonomiku, kif ukoll fuq dak ambjentali, fejn il-pajsagg qieghed jigi msebbah b’aktar hdura fix-xhur tas-sajf.
Dan il-laboratorju li qeghdin ninawguraw illum ghandu jkun holqa importanti fil-katina biex inkomplu naghtu servizz ta’ l-aqwa kwalita’ lil dan is-settur tant importanti ghalina. |
|
|
|
| |
|
|
|
|
 |
 |
 |
|
|
|
 |
|
|
|
|