 |
 |
 |
 |
Communications |
 |
 |
 |
 |
 |
 |
| |
|
Messaġġ mill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent fl-okkażżjoni tal-Jum Dinji għall-Ħarsien ta’ l-Annimali |
Date:
04/10/2004
Impenn tal-Gvern favur trattament aħjar għall-annimali
Fl-okkażżjoni tal-Jum Dinji għall-Ħarsien ta’ l-Annimali, il-Gvern irid jirriafferma l-impenn tiegħu sabiex f’pajjiżna jkompli jikber l-għarfien favur trattament xieraq lill-annimali.
L-impenn tal-Gvern favur ħarsien u trattament aħjar lill-annimali ilu jkun enfasizzat u xhieda ta’ dan kien it-twaqqif ta’ l-ewwel Kunsill għat-Trattament Xieraq ta’ l-Annimali (Animal Welfare Council) li f’dawn il-jiem għalaq sena mit-twaqqif tiegħu. Dan il-Kunsill jinkludi fih rappreżentanti ta’ għaqdiet minn diversi setturi tas-soċjeta’ li b’xi mod għandhom x’jaqsmu mat-trattament ta’ l-annimali sabiex ikun hemm ferm aktar ko-ordinazzjoni bejn dawn l-għaqdiet.
Il-ħidma tal-Kunsill fl-ewwel xhur kienet tikkonsisti l-aktar f’ħidma sabiex f’pajjiżna jkollna qafas leġislattiv li jservi ta’ bażi għal tnedija ta’ regolamenti u infurzar fis-settur tal-ħarsien ta’ l-annimali.
Fuq kollox, fl-okkażżjoni ta’ dan il-Jum, irrid nirringrazzja lin-numru dejjem akbar ta’ voluntiera li qed jiddedikaw tant ħin u enerġija permezz ta’ l-impenn dirett tagħhom fl-għaqdiet volontarji favur il-ħarsien ta’ l-annimali. Il-Gvern jappella biex dawn l-għaqdiet jgħaqqdu l-isforzi tagħhom u dan għandu jkun ta’ priorita’ fil-ħdima tagħhom.
Bħalma għamel fix-xhur li għaddew, il-Gvern se jkompli jagħti importanza lill-aspett edukattiv u dan b’kampanji ta’ informazzjoni fil-mezzi tax-xandir, inkluż spots edukattivi.
Il-Gvern irid itenni li jinħtieġ l-impenn ta’ kulħadd biex f’pajjiżna ngħollu l-livell ta’ trattament għall-annimali. Il-mod ta’ kif aħna nitrattaw l-annimali huwa mera tal-livell ta’ ċivilta’ u edukazzjoni tal-poplu. |
|
|
|
| |
|
|
|
|
 |
 |
 |
|
|
|
 |
|
|
|
|